Skopri kif tagħmel l-aħjar użu miż-żjara tiegħek fid-diversi mużewijiet u siti tagħna.

F’Heritage Malta, kulħadd huwa mistieden fil-mużew u s-siti tagħna. Il-prinċipji ta’ diversità, ekwità, inklużjoni, u aċċessibilità japplikaw għall-aspetti kollha tal-operat ta’ Heritage Malta. Għamilna ftit bidliet sabiex tkun tista’ tgawdi ż-żjara tiegħek mingħajr periklu. Irridu li l-akbar numru ta’ nies igawdu l-bini, il-kollezzjoni u l-wirjiet

Isiru attivitajiet regolari mmirati lejn udjenzi diversi u speċifiċi. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ibgħatilna email fuq education@heritagemalta.org