Responsive Menu
Add more content here...
Skip to main content

Il-Kalkara ssir parroċċa taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp

1897

10 TA’ DIĊEMBRU 1897

10/12/1897

Fit-23 ta’ Awwissu 1884, l-Isqof Carmelo Scicluna laqa’ talba biex fil-Kalkara tinbena knisja ġdida fuq art imdaqqsa mogħtija min-negozjant Fortunato Gulia.

To Share

10 TA’ DIĊEMBRU 1897

Il-Kalkara ssir parroċċa taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp

Fit-23 ta’ Awwissu 1884, l-Isqof Carmelo Scicluna laqa’ talba biex fil-Kalkara tinbena knisja ġdida fuq art imdaqqsa mogħtija min-negozjant Fortunato Gulia. Dan għaliex il-popolazzjoni fil-Kalkara kibret, u l-Knisja tas-Salvatur kienet żgħira wisq.

L-ewwel ġebla tagħha tqegħdet fit-22 ta’ Ġunju 1890 mill-Isqof Carmelo Scicluna. Ix-xogħol fuq il-bini tal-knisja tlesta lejn tmiem is-seklu 19. Nhar l-10 ta’ Diċembru 1897, l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Pietru Pace, ħareġ id-digriet li permezz tiegħu il-Kalkara inqatgħet mill-matriċi ta’ San Lawrenz u saret parroċċa taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp.