Responsive Menu
Add more content here...
Skip to main content

Jitwieled fil-Birgu Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi

1885

13 TA’ MEJJU 1885

13/05/1885

Il-Mons. Mikiel Gonzi twieled il-Birgu fit-13 ta’ Mejju 1885 u wara meta kellu ħames snin, il-familja tiegħu marret tgħix il-Kalkara.

To Share

13 TA’ MEJJU 1885

Jitwieled fil-Birgu Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi

Mons. Mikiel Gonzi twieled il-Birgu fit-13 ta’ Mejju 1885. Meta kellu ħames snin, il-familja tiegħu marret tgħix il-Kalkara.

Wara li studja fis-Seminarju ta’ Malta, ġie ordnat saċerdot nhar id-19 ta’ Diċembru 1908. Fi żmien meta s-saċerdoti kienu mħajra jieħdu sehem attiv fix-xena politika, Dun Mikiel Gonzi daħal membru tal-Partit Laburista li kien għadu kif twaqqaf fil-15 ta’ Mejju 1921.

Fl-1924 sar il-ħames Isqof t’Għawdex u nhar is-17 ta’ Diċembru laħaq Isqof ta’ Malta. Miet fit-22 ta’ Jannar 1984.