Isir l-Att Notarili għall-bini tal-ewwel Knisja ta’ San Pawl f’Bormla
1590
13 TA’ NOVEMBRU 1590
13/11/1590
L-ewwel knisja ċkejkna iddedikata lil San Pawl fl-inħawi msejjħa Maħten it-Tin f’Bormla, bdiet tinbena għall-ħabta tal-1590.
To Share
13 TA’ NOVEMBRU 1590
Isir l-Att Notarili għall-bini tal-ewwel Knisja ta’ San Pawl f’Bormla
L-ewwel knisja ċkejkna iddedikata lil San Pawl fl-inħawi msejjħa Maħten it-Tin f’Bormla, bdiet tinbena għall-ħabta tal-1590. Il-bini tal-knisja jidher li tlesta qrib l-1595. Ir-rabta ta’ dawn l-akkwati ma’ San Pawl ġejja mit-tradizzjoni li tgħid li wara li għadda tliet xhur f’Malta, rikeb fuq ġifen biex ikompli l-vjaġġ lejn Ruma minn dan il-post.
Fis-seklu 18 ġie deċiż li tinbena knisja akbar u isbaħ fuq stil Doriku biex tieħu post dik li nbniet fis-seklu 16. Ix-xogħol tal-bini tlesta għal-ħabta tal-1740. Il-knisja ġiet imbierka fit-22 t’Ottubru 1741.

