Ġiet ikkonsagrata il-Knisja ta’ San Nikola fil-Forti Rikażli
1698
15 TA’ MEJJU 1698
15/05/1698
Fis-seklu 17, il-Gran Mastru Nicolás Cotoner ħass il-bżonn li jkun hemm knisja ġewwa l-Forti Ricasoli biex tilqa’ għall-bżonnijiet spiritwali ta’ dawk stazzjonati hemmhekk.
To Share
15 TA’ MEJJU 1698
Ġiet ikkonsagrata il-Knisja ta’ San Nikola fil-Forti Rikażli
Il-Gran Mastru Nicolás Cotoner ħass il-bżonn li fil-Forti Rikażli jkun hemm knisja li taqdi l-ħtiġijiet spiritwali għal dawk li jkunu stazzjonati hemm. Għalhekk l-inġinier tal-Ordni Fra Mederico Blondel tqabbad iħejji l-pjanti neċessarji. Il-bini tal-knisja nbeda fl-1696 u l-konsagrazzjoni tagħha saret fil-15 ta’ Mejju 1698. Il-knisja li nbniet f’għamla rettangolari għandha tul ta’ madwar 18-il metru u wisa’ ta’ 9 metri.
