Jitwieled ġewwa Bormla l-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonniċi
1933
17 TA’ LULJU 1933
17/07/1933
Karmenu Mifsud Bonnici serva bħala Prim Ministru ta’ Malta mill-1984 sal-1987
To Share
17 TA’ LULJU 1933
Jitwieled ġewwa Bormla l-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonniċi
Karmenu Mifsud Bonnici twieled f’Bormla fis-17 ta’ Lulju 1933, iżda ta’ età żgħira, mar joqgħod il-Ħamrun flimkien mal-kumplament tal-familja. Huwa ħa l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tal-Gvern u aktar tard daħal il-Liċeo, imbagħad l-Università ta’ Malta fejn iggradwa fil-Baċellerat tal-Arti. Fl-1954 kiseb Dottorat fil-Liġi.
Bejn l-1967 u l-1968 kompla l-istudji tiegħu fit-tassazzjoni u l-liġi industrijali fil-University College ta’ Londra. Huwa ħa l-ġurament bħala Prim Ministru fit-22 ta’ Diċembru 1984. Miet fil-5 ta’ Novembru 2022 fl-età ta’ 89 sena.
