L-Um El Faroud jiġi mgħerreq
1998
2 TA’ SETTEMBRU 1998
02/09/1998
L-Um El Faroud, tanker Libjan, kien inbena 26 sena qabel fl-Ingilterra u kien iġorr il-fjuwil bejn il-Libja u l-Italja.
To Share
2 TA’ SETTEMBRU 1998
L-Um El Faroud jiġi mgħerreq
L-Um El Faroud kien vapur li daħal fit-Tarzna ta’ Malta biex jissewwa. Iżda ġara li f’dik l-istess ġurnata, seħħet splużjoni abbord li ħalliet disa’ ħaddiema mejta. Il-vapur ġarrab ħsarat estensivi u qatt ma reġa’ salpa. Għat-tliet snin ta’ wara, tħalla ankrat ix-xatt tal-Belt sakemm ġie deċiż li jiġi mgħerreq Wied iż-Żurrieq biex iservi bħala sikka artifiċjali.
