Żjara tar-Re Ġorġ VI ġewwa l-Isla
1943
20 TA’ ĠUNJU 1943
20/06/1943
Ir-Re Ġorġ VI żar l-Isla, Malta nhar il-Ħadd 20 ta’ Ġunju 1943 waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Malta, kolonja Ingliża, kienet ilha taħt assedju mill-qawwiet tal-Assi għal aktar minn sentejn.
To Share
20 TA’ ĠUNJU 1943
Żjara tar-Re Ġorġ VI ġewwa l-Isla
Waqt żjara qasira f’Malta, nhar il-Ħadd, 20 ta’ Ġunju 1943, ir-Re Ġorġ VI mexa fit-toroq tal-Isla akkumpanjat mill-Arċipriet il-Kanonku Emmanuel Brincat u minn folla mdaqqsa ta’ nies. F’din iż-żjara, ir-Re seta’ jara l-ħerba li ħalliet il-gwerra fuq il-bliet ta’ madwar il-Port il-Kbir.
