Responsive Menu
Add more content here...
Skip to main content

Isir il-kuntratt għall-bini tal-knisja l-ġdida ta’ Santa Margerita f’Bormla

1719

21 TA’ LULJU 1719

21/07/1719

L-ewwel knisja żgħira ddedikata lil Santa Margerita Verġni u Martri f’Bormla kienet teżisti qabel is-sena 1622. Fil-bidu tas-seklu 18, twaqqgħet biex tagħmel spazju għall-bini tal-Linji ta’ Santa Margerita.

To Share

21 TA’ LULJU 1719

Isir il-kuntratt għall-bini tal-knisja l-ġdida ta’ Santa Margerita f’Bormla

L-ewwel knisja ċkejkna iddedikata lil Santa Margerita Verġni u Martri fl-inħawi magħrufa bħala ‘Tal-mitħna tar-riħ’ f’Bormla, kienet teżisti qabel is-sena 1622. Fil-bidu tas-seklu 18, din twaqqgħat biex tagħmel spazju għall-bini tas-swar ta’ Santa Margerita.

Bħala kumpens, il-Kavallieri kienu taw 400 skud u biċċa art biex fuqha tkun tista’ tinbena l-knisja l-ġdida. Il-kuntratt tal-bini tal-knisja l-ġdida sar fil-21 ta’ Lulju 1719 u l-bennej kien Anton Azzopardi minn Ħal-Luqa. Il-bini tal-knisja tlesta għall-ħabta tal-1720 u din ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Vincenzo Labini fit-28 ta’ Ottubru 1787.