Titbierek l-ewwel ġebla tal-knisja l-antika tal-Kalkara
1890
22 TA’ ĠUNJU 1890
22/06/1890
Ix-xogħol tal-bini tlesta fl-1895 u kkonsagrat mill-Arċisqof Mauro Caruana fit-30 ta’ Jannar 1921.
To Share
22 TA’ ĠUNJU 1890
Titbierek l-ewwel ġebla tal-knisja l-antika tal-Kalkara
Fit-22 ta’ Ġunju 1890 tbierket l-ewwel ġebla tal-knisja l-antika ta’ San Ġużepp tal-Kalkara, filwaqt li x-xogħol tal-bini tlesta fl-1895. Ġiet ikkonsagrata mill-Arċisqof Mauro Caruana fit-30 ta’ Jannar 1921.
Ftit aktar minn sentejn wara, nhar 1 ta’ Lulju 1923, l-istess Arċisqof qiegħed l-ewwel ġebla tal-kampnar. Iżda nhar l-10 t’April 1942, waqt wieħed mill-attakki mill-ajru, il-knisja kważi nqerdet għal kollox u magħha ntilfu bosta opri artistiċi, fosthom l-istatwa titulari ta’ San Ġużepp.
