Responsive Menu
Add more content here...
Skip to main content

Ġiet inawgurata u mbierka l-koppla tal-Knisja tal-Lunzjata l-qadima

1925

23 T’AWWISSU 1925

23/08/1925

Sal-ewwel kwart tas-seklu 20, il-Knisja tal-Lunzjata fil-Birgu kienet għadha bla koppla.

To Share

23 T’AWWISSU 1925

Ġiet inawgurata u mbierka l-koppla tal-Knisja tal-Lunzjata l-qadima

Sal-ewwel kwart tas-seklu 20, il-Knisja tal-Lunzjata tal-Birgu kienet għadha mingħajr koppla. Meta nibet il-ħsieb li din il-Knisja jibnulha koppla, xi periti ġew f’dubju jekk il-pilastri kinux jifilħu t-toqol tagħha.

Għaldaqstant il-Pirjol Patri Alfons Spiteri u l-perit Gustav Soler refgħu r-responsabbiltà huma. Il-koppla nbniet mill-bennej Għawdxi Wiġi Vella, filwaqt li l-iskultura saret mill-Vittoriosan Anton Agius. Ix-xogħol tlesta fi żmien seba’ xhur u fit-23 ta’ Awwissu 1925 ġiet inawgurata u mbierka mill-Isqof Anġlu Portelli.