Erba’ bombi jolqtu l-imħażen tal-fuel fil-Forti tas-Salvatur
1941
25 T’OTTUBRU 1941
25/10/1941
Il-bastjun tas-Salvatur li jagħmel parti mis-swar tal-Kottonera, ġie mibdul f’forti fi żmien il-Gran Mastru Perellós.
To Share
25 T’OTTUBRU 1941
Erba’ bombi jolqtu l-imħażen tal-fuel fil-Forti tas-Salvatur
Il-bastjun tas-Salvatur li jagħmel parti mis-swar tal-Kottonera, ġie mibdul f’forti fi żmien il-Gran Mastru Perellós.
Bejn Mejju u Lulju tal-1940, xi Maltin li kienu magħrufa li kienu favur it-Taljani, fosthom Enrico Mizzi, inżammu f’dan il-forti, sakemm imbagħad intbagħtu l-Uganda.
Waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, il-post sar depot tal-pitrolju. Nhar il-25 t’Ottubru 1941, erba’ bombi laqtu l-imħażen tal-fjuwil u kkawżaw nirien kbar.

