Responsive Menu
Add more content here...
Skip to main content

Saret ċerimonja biex timmarka l-bidu tal-bini tal-Kunvent tal-Kappuċċini

1736

26 T’APRIL 1736

26/04/1736

Il-pjanti tal-Knisja u tal-Kunvent tal-Kapuċċini fil-Kalkara saru mill-Kapuċċin Patri Ġużepp mill-Isla.

To Share

26 T’APRIL 1736

Saret ċerimonja biex timmarka l-bidu tal-bini tal-Kunvent tal-Kappuċċini

Il-pjanti tal-Knisja u kif ukoll dawk tal-Kunvent tal-Kappuċċini fil-Kalkara saru mill-Kapuċċin Fra Ġużepp mill-Isla. Huwa bbaża d-disinji tiegħu fuq il-prinċipju tas-sempliċità, hekk kif jesiġi il-Fundatur San Franġisk t’Assisi.

Billi dawn l-inħawi kienu jaqgħmlu parti mill-Parroċċa tal-Birgu, fis-26 t’April 1736,  il-Kappillan ta’ din il-parroċċa Dun Gian Paolo Pace, telaq mill-Birgu proċessjonalment iġorr salib li tqiegħed fuq l-art fejn kien ser jinbena l-kunvent. Ix-xogħol mexa ġmielu b’tali mod li tmien xhur wara, nhar it-30 ta’ Diċembru, daħlu fil-kunvent l-ewwel grupp ta’ patrijiet.