Responsive Menu
Add more content here...
Skip to main content

Titneħħa l-grabja tal-Maċina fl-Isla

1927

26 TA’ FRAR 1927

26/02/1927

Wieħed mill-aktar postijiet emblematiċi fl-Isla huwa l-parti tas-swar magħrufa bħala l-Maċina, fejn il-Kavallieri ta’ San Ġwann installaw krejn tal-arbli msejjaħ sheer legs biex jgħabbi l-arbli fuq il-vapuri.

To Share

26 TA’ FRAR 1927

Titneħħa l-grabja tal-Maċina fl-Isla

Wieħed mill-aktar postijiet ikoniċi li nsibu fl-Isla huwa s-sur imsejjaħ il-Maċina. Ma’ dan is-sur, il-Kavallieri installaw krejn jew grabja biex ikunu jistgħu jarbulaw l-arbli ta’ fuq ix-xwieni. Meta ġew l-Ingliżi f’Malta, l-Ammirall Brittaniku baqa’ jagħmel użu mill-grabja oriġinali tal-injam sal-1864, meta mbagħad din tbiddlet ma’ waħda tal-metall li kienet aktar b’saħħitha. Fis-26 ta’ Frar 1927, il-grabja li qdiet il-ħtiġijiet tal-Kavallieri u wara tal-Ingliżi għal kwazi 300 sena, tneħħiet minn mas-sur.