Jiġġarraf it-Torri tal-Arloġġ tal-Birgu
1942
27 T’APRIL 1942
27/04/1942
Misjub fil-Pjazza tal-Birgu, it-Torri tal-Arloġġ kellu ħames sulari u kien għoli madwar erbgħin metru.
To Share
27 T’APRIL 1942
Jiġġarraf it-Torri tal-Arloġġ tal-Birgu
It-Torri tal-Arloġġ li kien hemm fil-Pjazza tal-Birgu kellu ħames sulari u kien għoli madwar erbgħin metru. L-arloġġ ġie installat fuqu fl-1629 u l-ħin kien jidher fuq żewġ faċċati.
Fir-raba’ sular kellu gallarija ddur dawramejt u waħda mill-qniepen tiegħu kienet iġġib is-sena 1504. It-torri ntilef fil-gwerra wara li ntlaqat tliet darbiet f’April, bid-daqqa finali tkun dik tas-27 t’April 1942.

