Titqiegħed l-ewwel ġebla tas-swar tal-Kottonera
1670
28 T’AWWISSU 1670
28/08/1670
Wara l-Assedju ta’ Kandja, il-Gran Mastru Cotoner beża’ li l-Ottomani jdawru ħarsithom lejn Malta biex ipattuwa lill-Kavallieri talli għenu lill-Venezjani waqt il-ġlied.
To Share

Mal-ewwel ittieħdu passi u taħt id-direzzjoni tal-Konti Valperga, li kien inġinier militari, beda dan il-proġett. Fit-28 t’Awwissu 1670, il-Gran Mastru poġġa l-ewwel ġebla li kellha tkun parti mill-bastjun ta’ San Nikola.