Imut l-attur Charles Clews
2009
29 TA’ JANNAR 2009
29/01/2009
Imwieled fis-27 ta’ Settembru 1919 fl-Isla, Charles Clews kien attur komiku u kittieb Malti.
To Share
29 TA’ JANNAR 2009
Imut l-attur Charles Clews
Charles Clews twieled fis-27 ta’ Settembru 2009 ġewwa l-Isla. Kien attur komiku u kittieb, u kien wieħed minn tal-ewwel li ta kontribut fuq ir-Rediffusion. Kien jaħdem mal-Ammiraljat ġewwa t-Tarzna bħala servejer marittimu. Hawnhekk beda jikseb il-fama bħala attur billi ħa sehem f’xi kunċerti komiċi li ttellgħu għall-ħaddiema ħalli jżommulhom il-moral għoli fi żmien meta Malta kienet tlaqqat bombardamenti kontinwi, speċjalment it-Tarzna. Huwa kompla jagħti kontribut fuq il-palk, it-TV u r-radju għal ħafna snin. Fl-1996 ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

