Responsive Menu
Add more content here...
Skip to main content

Titqiegħed l-ewwel ġebla tal-kampnar il-ġdid tal-Knisja ta’ San Lawrenz tal-Birgu

1913

3 T’AWWISSU 1913

03/08/1913

Meta Lorenzo Gafà iddisinja l-faċċata tal-Knisja ta’ San Lawrenz, warrab ir-regola tas-simetrija u pproduċa kampnar wieħed.

To Share

3 T’AWWISSU 1913

Titqiegħed l-ewwel ġebla tal-kampnar il-ġdid tal-Knisja ta’ San Lawrenz tal-Birgu

Meta Lorenzo Gafà ddisinja l-faċċata tal-Knisja ta’ San Lawrenz, warrab fil-ġenb ir-regola tas-simetrija u ħadimha b’kampnar wieħed. Maż-żmien, in-nies tal-Birgu xtaqu li l-faċċata tal-knisja tagħhom ikollha żewġ kampnari.

L-ewwel ġebla tal-kampnar il-ġdid tbierket u tqegħdet mill-Isqof ta’ Malta, Mons. Pietru Pace fit-3 t’Awwissu 1913.