Jindaqq l-Innu Malti għall-ewwel darba fit-Teatru Manoel
1923
3 TA’ FRAR 1923
03/02/1923
Nhar is-Sibt, 3 ta’ Frar 1923, f’kunċert li kien organizzat mill-Għaqda Kittieba tal-Malti, l-Għaqda Mandolinistika Melita…
To Share
3 TA’ FRAR 1923
Jindaqq l-Innu Malti għall-ewwel darba fit-Teatru Manoel
Is-Sibt, 3 ta’ Frar 1923, waqt kunċert organizzat fit-Teatru Manoel mill-Għaqda Kittieba tal-Malti, is-Soċjetà Mandolinistika Melita li kienet tagħmel parti mis-Soċjetà Filarmonika Duke of Edinburgh tal-Birgu, daqqet l-Innu Malti għall-ewwel darba uffiċjalment bħala l-innu nazzjonali. Dan seħħ proprju ftit tax-xhur biss wara li Dun Karm Psaila lesta l-versi finali tal-innu nazzjonali.
