Villa Portelli għaddiet f’idejn il-Gvern Malti
1979
30 TA’ JANNAR 1979
30/01/1979
Villa Portelli tinsab f’nofs it-telgħa li tagħti għal Bighi fil-Kalkara. Inbniet fil-bidu tas-seklu 19 minn Sir Agostino Portelli, fundatur tal-Kamra tal-Kummerċ.
To Share
30 TA’ JANNAR 1979
Villa Portelli għaddiet f’idejn il-Gvern Malti
Villa Portelli tinsab f’nofs it-telgħa li tagħti għal Bighi fil-Kalkara. Inbniet fil-bidu tas-seklu 19 minn Sir Agostino Portelli, fundatur tal-Kamra tal-Kummerċ. Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, din id-dar serviet bħala r-residenza tal-Flag Officer ta’ Malta, filwaqt li fl-1961, din għaddiet għand l-Ammiral Sir Douglas Eric Holland-Martin minflok ir-residenza uffiċjali li kellu fil-Belt Valletta.
Il-villa kellha ġonna kbar li kienu jaslu sal-baħar fuq naħa waħda, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra kien hemm terrazzin sabiħ iħares lejn Villa Bighi. Fit-30 ta’ Jannar 1979, din il-binja għaddiet f’idejn il-Gvern Malti. Fl-2023, il-gvern għadda din il-Villa f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali responsabbli mill-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali.

