Il-kanun ta’ Rinella jispara għal-aħħar darba
1905
5 TA’ MEJJU 1905
05/05/1905
Il-Batterija tar-Rinella, kif aktar magħrufa bħala l-Forti Rinella, inbniet fl-era Vittorjana.
To Share
5 TA’ MEJJU 1905
Il-kanun ta’ Rinella jispara għal-aħħar darba
Il-Batterija tar-Rinella jew kif inhi magħrufa l-aktar il-Fortizza ta’ Rinella, inbniet fl-era Vittorjana. Il-kanun ta’ din il-fortizza li qegħda fil-limiti tal-Kalkara daħal fis-servizz fl-1884, filwaqt li l-Batterija tlestiet fl-1886.
L-aħħar darba li dan il-kanun ġie sparat fl-era kolonjali, kien fil-5 ta’ Mejju 1905 waqt prova ta’ rutina. Meta l-Batterija għaddiet f’idejn il-Fondazzjoni Wirt Artna il-kanun kien ġie restawrat u ġie sparat fl-2005 f’għeluq il-mitt sena minn meta ntuża l-aħħar.
