L-aktar staġun memorabbli għall-Klabb tas-St George’s
1916
5 TA’ NOVEMBRU 1916
05/11/1916
Il-logħba tal-futbol daħlet f’Malta fi żmien l-Ingliżi f’nofs is-seklu 19.
To Share
5 TA’ NOVEMBRU 1916
L-aktar staġun memorabbli għall-Klabb tas-St George’s
Il-logħba tal-futbol daħlet f’Malta fi żmien l-Ingliżi f’nofs is-seklu 19. L-ewwel klabb tal-futbol f’Malta kien dak ta’ Bormla bl-isem ta’ Santa Margerita. Is-St George’s Football Club ta’ Bormla jaf il-bidu tiegħu fl-1890, wara li t-teams tal-futbol Bormliżi ngħaqdu flimkien.
Wieħed mill-aktar staġuni memorabbli għal dan il-klabb kien l-istaġun 1916/17 li fetaħ fil-5 ta’ Novembru 1916, fejn matulu St George’s Football Club rebaħ id-‘double’ billi ġew inkurunati champions tal-League u rebbieħa tan-Knock Out Cousis Shield.
