Attakk fuq Forti San Mikiel
1565
7 T’AWWISSU 1565
07/08/1565
L-attakk dam madwar disa’ sigħat u kien maħsub li kien l-aħħar attakk li bih it-Torok kienu se jirbħu l-Assedju.
To Share
7 T’AWWISSU 1565
Attakk fuq Forti San Mikiel
Din il-ġurnata rat attakk koordinat mit-Torok fuq Forti San Mikiel u fuq is-sur ta’ Kastilja.
Dam għaddej madwar 9 siegħat u kien maħsub li jkun l-aħħar assalt li bis-saħħa tiegħu t-Torok jirbħu l-Assedju. Infatti, kulħadd issejjaħ għall-attakk minbarra l-midruba.
L-attakk waqaf meta l-kamp Tork ġewwa l-Marsa safa attakkat mill-Kavallerija li niżlet mill-Imdina u t-Torok irtiraw għax ħasbu li kienet waslet l-għajnuna minn Sqallija.

