Titqiegħed l-ewwel ġebla tad-Dar tal-Anzjani f’Bormla
1997
7 TA’ FRAR 1997
07/02/1997
Fl-1699, f’Bormla twaqqaf Konservatorju għal tfajliet adolexxenti foqra. Eventwalment ġiet iddedikata lil San Ġużepp tal-Apparizjoni
To Share
7 TA’ FRAR 1997
Titqiegħed l-ewwel ġebla tad-Dar tal-Anzjani f’Bormla
Fl-1699 f’Bormla twaqqaf Konservatorju għax-xebbiet foqra li matul is-snin ingħata l-isem ta’ San Ġużepp tal-Apparizjoni. Fl-1980, minħabba li s-soqfa tal-Konservatorju bdew jitqiesu perikolużi, is-sorijiet u t-tfal li kienu jgħammru fih, marru f’istitut ġo Ħaż-Żabbar u b’hekk il-Konservatorju ngħalaq. Bejn l-aħħar snin tas-seklu 20 u l-bidu tas-seklu 21, il-Konservatorju ġie immodifikat u miegħu nbniet Dar tal-Anzjani.
