Wieħed mill-vittmi tas-Sette Giugno kien mill-Birgu
1919
7 TA’ ĠUNJU 1919
07/06/1919
Wenzu Dyer, li twieled il-Birgu u kien joqgħod fi 78, Strada Palazzo Antico Del Governatore fil-Birgu, kien wieħed mill-vittmi tal-irvellijiet tal-Belt Valletta fis-Sette Giugno (7 ta’ Ġunju) 1919.
To Share
7 TA’ ĠUNJU 1919
Wieħed mill-vittmi tas-Sette Giugno kien mill-Birgu
Wenzu Dyer, iben Enrico magħruf bħala ‘Tal-Block’ kien joqgħod fin-numru 78, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, il-Birgu. Waqt li kienet qegħdha tiġi attakkata l-istamperija tad-Daily Malta Chronicle, Dyer li kellu 21 sena, kien jinsab fil-kantuniera ta’ Pjazza San Ġorġ, meta ntlaqat minn balla. Huwa waqa’ għal mejjet f’għadira demm quddiem il-Main Guard.
