Sar it-tberik u l-inawgurazzjoni tal-knisja l-ġdida tal-Kalkara
1952
7 TA’ SETTEMBRU 1952
07/09/1952
L-Arċisqof Mikiel Gonzi xtara biċċa art imdaqqsa qrib ix-xatt tal-Kalkara u rregalha lill- Parroċċa tal-Kalkara, bl-iskop li l-Knisja Parrokkjali l-ġdida tinbena fuqha.
To Share

Il-pjanta tal-knisja saret mill-Kavallier Vincenzo Bonello u mill-perit Ġużè D’Amato, filwaqt li l-ewwel ġebla tbierket mill-Arċisqof Gonzi f’Ottubru tal-1946. Ix-xogħol fuq il-bini tal-knisja mexa b’ritmu tajjeb u ma damx wisq biex tlesta. Iċ-ċerimonja tat-tberik u l-inawgurazzjoni tagħha saret nhar is-7 ta’ Settembru 1952 u tmexxiet mill-Arċisqof Gonzi.