Jitwieled f’Bormla l-President ta’ Malta, Ugo Mifsud Bonnici
1932
8 TA’ NOVEMBRU 1932
08/11/1932
Studja fil-Liċeo u fl-Università Rjali ta’ Malta. Iggradwa b’Baċellerat tal-Arti fl-1952 u b’Dottorat fil-Liġi fl-1955.
To Share
8 TA’ NOVEMBRU 1932
Jitwieled f’Bormla l-President ta’ Malta, Ugo Mifsud Bonnici
Ugo Mifsud Bonnici twieled Bormla fit-8 ta’ Novembru 1932. Studja fil-Liċeo u fl-Università Rjali ta’ Malta. Iggradwa b’Baċellerat tal-Arti fl-1952 u b’Dottorat fil-Liġi fl-1955.
Fl-1987, Dr Mifsud Bonnici nħatar bħala Ministru tal-Edukazzjoni. Fl-1990 sar Ministru tal-Edukazzjoni u l-Intern, filwaqt li fl-1992, inħatar Ministru tal-Edukazzjoni u r-Riżorsi Umani. Fl-1994 inħatar President tar-Repubblika.

