L-Italja ċċedi
1943
8 TA’ SETTEMBRU 1943
08/09/1943
Din kienet il-ġurnata meta waqfet il-gwerra f’Malta. B’kumbinazzjoni, kienet l-istess ġurnata meta l-istatwa ta’ Marija Bambina kienet qed tinġarr lura lejn il-Parroċċa tal-Isla.
To Share

In-nies kienu qrib ix-xatt tal-Isla meta semgħu l-aħbar minn fuq il-loudspeakers tad-destroyers li l-Italja kienet ċediet. L-Arċipriet fisser lin-nies x’kien qed jintqal u ma’ din l-aħbar ta’ ferħ, bdew jindaqqu l-qniepen fil-knejjes tal-Kottonera biex jixtered il-messaġġ mal-kumplament tal-gżira.