ĠELAT GĦAL-GRANMASTRU
Waqt li l-Inkwiżitur kien impenjat bid-dmirijiet tiegħu fis-sulari ta’ fuq tal-palazz il-kbir tiegħu, il-koki kienu qed jippreparaw ġelat fil-kċina ta’ taħt – kura friska fis-sħana Maltija!
Kreditu ta’ Riċerka: Dr Noel Buttigieg
Il-kumpless tal-kċina fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu huwa x’aktarx l-aħjar kċina moderna dokumentata ta’ Malta.Inventarji li saru fis-sekli 17 u 18 huma prova li l-post kien mimli b‘apparat sabiex jilqa’ għall-gosti tal-inkwiżitur u x-xewqa tiegħu li jimpressjona mistednin importanti u jitma’ lis-sempliċi u lill-priġunieri tiegħu.
Il-kċina tiegħu kellha għadd kbir ta ‘utensili ta’ tip lavish. Bejn l-1664 u l-1759, kellha l-apparat meħtieġ biex jinżamm is-silġ u jiġi ippreparat l-ġelat. Sal-1798, l-inkwiżitur kellu diversikontenituri tal-ġelat maħsuba biex jilqgħugħad-divertiment lill-mistednin tiegħu.
“Ftakar, il-frizers kienu ghadhom ma gewx ivvintati, ghalhekk biex taghmel il-gelat, kwantitajiet kbar ta’ borra u silg gew migjuba minn Sqallija! Kellu jizdied il-melh biex titbaxxa t-temperatura u tipprepara gelat jew sorbet”.
Il-konsum tal-ġelat offra lill-Maltin, speċjalment lin-nobbli, mument ta’ ħelsien mis-sħana tas-sajf.Skont ir-riċerkatur tal-ikel Noel Buttigieg, hemm referenzi tas-seklu 17 u 18 għal barranin li kienu impressjonati bil-konsum komuni ta’ xorb kiesaħ u ġelat. Roland de la Platiere nnota fl-1776 li s-silġ jinxtorob is-sena kollha f’Malta.
