IL-KONSERVATORJU U L-KNISJA TA’ SAN ĠUŻEPP, BORMLA

Fl-1699, Laurica Agius waqqfet il-Conservatorio delle Zitelle (orfanatrofju għat-tfajliet foqra) taħt il-protezzjoni tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-inħawi ta’ Santa Margerita f’Bormla. Dan ingħalaq 99 sena wara b’ordni maħruġa mill-ħakkiema Franċiżi fit-13 ta’ Ġunju 1798. B’xorti tajba, il-ħakma Franċiża ġiet fi tmiemha f’qasir żmien u dan il-Konservatorju reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu fl-ewwel snin tas-seklu 19. Aktar minn hekk, dan inbena mill-ġdid fl-1810.

Is-seklu 19 ġab ukoll bidla fit-tmexxija tiegħu. Is-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni waslu Malta lejn nofs is-seklu 19 u fetħu dar u skola fil-Birgu. Ftit taż-żmien wara, huma ħadu f’idejhom dan il-Konservatorju bil-ħsieb li joffru edukazzjoni ċivika u morali lit-tfajliet foqra. Minħabba r-rabta tas-Sorijiet ma’ San Ġużepp, dan l-orfanatrofju tat-tfajliet beda jissejjaħ il-Konservatorju ta’ San Ġużepp.

Fl-1980, imbagħad, il-Konservatorju ta’ San Ġużepp f’Bormla mexa għal post akbar u attrezzat aħjar, sewwasew ġewwa Dar Sagra Familja, Ħaż-Żabbar. Il-bini f’Bormla għamel xi żmien mingħajr użu partikulari, sakemm ġie mibdul f’dar tal-anzjani fl-ewwel snin tas-seklu 21.

Il-Faċċata tal-Knisja

Il-knisja tinsab fiċ-ċentru tal-binja tal-Konservatorju u tifforma parti integrali mill-istess faċċata. Tinqasam fi tliet bajjiet. It-taqsima ċentrali għandha żewġ livelli. Il-livell t’isfel jospita l-bieb, filwaqt li l-livell ta’ fuq għandu tieqa arjuża u huwa inkurunat bi gwarniċun u frontispizju. Dan tal-aħħar jinkludi l-armi tal-Isqfijiet Vincenzo Labini u Ferdinando Mattei li kienu ta’ għajnuna kbira fit-twaqqif u ż-żamma ta’ dan il-Konservatorju. Oriġinarjament, iz-zuntier kien magħluq b’kanċell u bi gradi tal-ħadid.

Il-Knisja Minn Ġewwa

Il-Knisja ta’ San Ġużepp għandha pjanta ovali u tinkludi tliet artali. Il-kwadru titulari tpitter minn Sebastiano Conca u huwa kkumplimentat bi skulturi ta’ anġli adoraturi, tal-Ispirtu s-Santu taħt il-forma ta’ ħamiema, u tas-simboli Ġużeppini. L-artali laterali huma ddedikati lid-Duluri u lill-Assunta, u huma xogħol ta’ Guercino u Rocco Buhagiar rispettivament. Il-parti ta’ fuq tal-apside għandha rappreżentazzjoni ta’ pellikan jitma’ l-friegħ tiegħu bħala allegorija tal-Ewkaristija, filwaqt li l-erba’ pilastri maġġuri huma mżejna bi kwadri ta’ Ġanni Vella.

Dati Ewlenin

1699: twaqqif tal-Conservatorio delle Zitelle

1810: bini mill-ġdid

nofs is-seklu 19: mgħoddi lis-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni

1980: trasferiment tal-Konservatorju għal Dar Sagra Familja, Ħaż-Żabbar

Bidu tas-seklu 21: bidla f’Dar tal-Anzjani

RITRATTI

Filter

SANTA EMILY DE VIALAR

Santa Emily de Vialar, imwielda fl-1797 f’Gaillac, Franza, waqqfet il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni…

SEBASTIANO CONCA

Sebastiano Conca, an Italian painter born in Gaeta in 1680, died in Naples in 1764.…

FERDINANDO MATTEI

Ferdinando Mattei was a Maltese prelate who was appointed bishop of Malta in 1807 and…

EMMANUEL DE ROHAN

Emmanuel de Rohan was born in la Mancha, Spain on 18 April 1725. His father…

VINCENZO LABINI

Vincenzo Labini, born in Bitonto, Italy in 1735, was appointed Bishop of Malta in 1780…

GIANNI VELLA

Artist li pproduċa xogħlijiet sekulari, pitturi, cartoons u disinn tal-bolol

Discover more churches in this area

Filter

IT-TARZNA TA’ MALTA

Mit-Tarzna tal-Ordni sal-ewwel baċiri bla ilma mibnija f’nofs is-seklu 19, id-Daħla tal-Franċiżi dejjem kienet is-sit…

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IS-SWAR TAL-KOTTONERA

Content preparation about this location is currently in progress and will be updated soon

L-ORATORJU TAL-FRATELLANZA TAL-KURĊIFISS, BORMLA

Il-proporzjonijiet, it-tiżjin skolpit, kif ukoll il-fided u l-opri tal-arti jagħmlu lil dan l-oratorju wieħed mill-ifjen…

IL-KONSERVATORJU U L-KNISJA TA’ SAN ĠUŻEPP, BORMLA

Fis-seklu 17, dan kien orfanatrofju għat-tfajliet foqra. Illum il-konservatorju huwa dar tal-anzjani.

IL-KNISJA TROGLODITA, BORMLA

Imħaffra fil-blat u midfuna għal sekli sħaħ, din il-knisja taħt l-art ġiet skoperta mill-ġdid b’kumbinazzjoni…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS

Avvenimenti li ġejjin

Il-Patrijiet Dumnikani jiġu fil-Birgu1528

4 TA’ FRAR 1528

Titqiegħed l-ewwel ġebla ta’ Forti San Mikiel fl-Isla1552

8 TA’ MEJJU 1552

Imut il-Gran Mastru La Sengle1557

18 T’AWWISSU 1557

Jean de Valette jintgħażel bħala Gran Mastru1557

21 T’AWWISSU 1557

TRAILS