IL-KNISJA TAS-SALVATUR, Il-KALKARA

L-ewwel knisja iddedikata lis-Salvatur fil-“punta sottile della Rinella” (it-tarf dejjaq tar-Rinella), inbniet fl-1487. Din bdiet tintuża mill-insara Kattoliċi tar-rit Biżantin li ġew Malta mal-Ordni fl-1530. Eventwalment, it-tiġrib li ġab miegħu l-Assedju tal-1565 għamel ħerba minn din il-knisja. Ftit tas-snin wara, però, din reġgħet inbniet u nfetħet għall-qima, tant li l-Viżitatur Appostoliku Pietro Dusina jinkludiha fir-rapport tal-Vista Appostolika tal-1575, u jirreferi għaliha bħala “Ecclesia sub vocabulo Sancti Salvatoris sita extra muros Civitatis Victoriosae Melitensis” (Knisja bl-isem tas-Santissimu Salvatur li tinsab barra l-ħitan tal-Belt Rebbieħa ta’ Malta).

Aktar tard, fl-1585, Claudio Abela u Davide Burlò bnewha mill-ġdid, filwaqt li l-Balliju Fra Giovanni Bichi u diversi vittmi oħra tal-imxija tal-Pesta tal-1676 sfaw midfuna fiha. Ir-rabta tal-familja Bichi ma’ din il-knisja kompliet tixxettel wara l-mewt mhux mistennija ta’ Fra Giovanni. Fil-fatt, fl-1680, Fra Mario Bichi, in-neputi ta’ Fra Giovanni Bichi, ħallas il-bini tal-knisja preżenti fuq disinn ta’ Lorenzo Gafà. Huwa żejjen ukoll il-knisja b’monument kommemorattiv u qabbad lil Mattia Preti jpitter il-kwadru titulari. Dan tal-aħħar intilef waqt il-ħakma Franċiża.

Binja u Xogħlijiet tal-Arti

Il-knisja għandha għamla ta’ skorfina b’sitt faċċati u hi msaqqfa b’koppla. Il-faċċata ewlenija hija definita bil-bieb u b’niċċa li sa ftit snin ilu kellha statwa tal-Madonna tas-Silġ. Din tal-aħħar iddaħlet fil-knisja sabiex tiġi mħarrsa mill-elementi.

Fl-imgħoddi, il-Knisja tas-Salvatur kienet imżejna b’diversi xogħlijiet tal-arti. Dawn kienu jinkludu l-kwadri ta’ Santa Filomena u ta’ Santa Katarina, xogħol Tommaso Madiona u Giacomo Caranisi rispettivament, u kif ukoll Via Sagra tal-1815.

Twaħħid mal-Isptar ta’ Bighi

L-imxija tal-pesta tal-1813 issarfet fi rwol ġdid għall-Knisja tas-Salvatur.  Minħabba l-liġi tal-kwarantina, it-800 abitant tal-Kalkara ma setgħux jintlaħqu mill-parroċċa tal-Birgu u għaldaqstant intbagħat il-Patri Karmelitan Vinċenz Major sabiex jamministra s-sagramenti minn din il-knisja. Aktar tard, hekk kif Villa Bighi nbidlet fi sptar navali, il-Knisja tas-Salvatur bdiet tintuża għall-kura spiritwali tal-morda Kattoliċi rikoverati fl-istess sptar.

Fl-istess waqt, din il-knisja serviet ukoll ta’ sede parrokkjali għall-Kalkara mit-telfa tal-ewwel Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp sal-bini ta’ dik preżenti. (ara: Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, il-Kalkara) L-aħħar diċenji tas-seklu 20 ma tantx ġabu risq lill-Knisja tas-Salvatur, iżda l-wasla tas-seklu 21 ġabet magħha proġett estensiv ta’ restawr. Illum, din il-knisja tintuża fuq bażi regulari għall-kult.

Dati Ewlenin

1487: bini tal-ewwel knisja

1530: użu mill-Kattoliċi tar-rit Biżantin

1565: ħsarat estensivi waqt l-Assedju l-Kbir

1585: bini mill-ġdid

1676: dfin ta’ diversi vittmi tal-Pesta

1680: bini mill-ġdid

1813: amministazzjoni tas-sagramenti lin-nies tal-inħawi minħabba r-restrizzjonijiet tal-Pesta

1827: użu bħala kappella għall-kura spritwali tal-morda Kattoliċi fl-Isptar Navali ta’ Bighi

1942-1952: użu bħala sede temporanja tal-Parroċċa tal-Kalkara

RITRATTI

Filter

MATTIA PRETI

Mattia Preti, born in Taverna, Calabria, in 1613, was a major Italian Baroque painter known…

Discover more churches in this area

Filter

IL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-MADONNA TAL-KARMNU, IL-BIRGU

Il-Fratellanza tal-Galeri, stabbilita f’din il-knisja, kienet torganizza l-Purċissjoni s-Sewda bil-parteċipazzjoni ta’ lsiera jkaxkru ktajjen tqal…

L-ORATORJU TAL-KANDLORA, L-ISLA

Dan l-oratorju fil-bidu kien ċimiterju għad-dfin tal-vittmi tal-pesta, imbagħad serva bħala knisja ddedikata lil Santu…

IL-KAPPELLA TA’ SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-KNISJA TA’ SAN NIKOLA FIL-FORTI RIKAŻLI, Il-KALKARA

Din il-knisja ġiet iddedikata lil San Nikola ta’ Bari b’tifkira tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner, li…

IL-KNISJA TA’ FEJN SABU S-SINJUR, IL-BIRGU

Is-sejba ta’ reċipjent misruq li kien fih osti kkonsagrati wasslet biex il-Patrijiet ta’ Santa Tereża…

IL-KNISJA U L-KUNVENT TA’ SIDTNA MARIJA TAL-PORTO SALVU, L-ISLA

Magħrufa wkoll bħala ta’ San Filep u llum id-dar ta’ komunità ta’ Patrijiet Sależjani, din…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS

Avvenimenti li ġejjin

Jinfetaħ uffiċjalment iċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva 2016

28 T’OTTUBRU 2016

Jiġi inawgurat il-proġett tal-Baċir numru 12014

27 TA’ AWWISSU 2014

Qniepen ġodda għat-torri tal-arloġġ tal-Mużew Marittimu2011

13 TA’ ĠUNJU 2011

TRAILS