IL-KNISJA TA’ SAN NIKOLA FIL-FORTI RIKAŻLI, Il-KALKARA

Forti Rikażli, bħal kull fortizza ewlenija oħra mibnija mill-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta, kienet mgħammra bil-knisja tagħha għall-qadi tal-ħtiġijiet spiritwali tad-difensuri stazzjonati hemmhekk. Għaldaqstant, hekk kif il-bini tas-swar u tal-faċilitajiet l-oħra beda joqrob lejn tmiemu, ingħata bidu għat-tiswir tal-knisja.

Il-pjanta ġiet fdata f’idejn l-inġinier residenti tal-istess Ordni Fra Mederico Blondel, filwaqt li l-ewwel ġebla tqiegħdet fl-1696. Ix-xogħol mexa b’ritmu sostnut, tant li l-konsagrazzjoni seħħet fil-15 ta’ Mejju 1698. Kif mistenni, din ġiet iddedikata lil San Nikola ta’ Bari b’tifkira tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner li kien ta bidu għall-bini ta’ din il-fortizza fl-1670, filwaqt li l-finanzjament ta’ din il-knisja ġie kopert mill-Fondazzjoni Cotoner imwaqqfa minnu.

Bid-differenza tal-knejjes l-oħra mibnija fil-fortizzi tal-Ordni, din ġiet mgħollija għall-Parroċċa taħt il-ġurisdizzjoni tal-istess Ordni ftit wara t-tlestija tagħha. Naturalment, dan l-iżvilupp ma niżilx tajjeb mal-Isqof ta’ Malta, tant li nqalgħet kwistjoni kbira li damet tkarkar is-snin. Id-deċiżjoni aħħarija tat raġun lill-Isqof, u l-Knisja ta’ San Nikola fil-Forti Rikażli bdiet tagħmel parti mill-Parroċċa tal-Birgu sakemm imbagħad, twaqqfet il-Parroċċa tal-Kalkara fl-1897. (ara Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, il-Kalkara).

Minn Barra

Id-dehra esterna tal-knisja tintegra tajjeb ferm mal-atmosfera kiebja tas-swar u tal-faċilitajiet anċillari. Fil-fatt, il-volum kubiku tagħha huwa kemmxejn miksur minn elementi Manjeristi u Barokki. Il-faċċata ewlenija għandha bieb, tieqa ovali fil-parti ta’ fuq u kif ukoll frontispizju fuq ir-riħ tal-gwarniċun, filwaqt li l-faċċati tal-ġnub huma maqsuma fi tliet bajjiet u għandhom tieqa f’kull taqsima.

Minn Ġewwa

B’ tul ta’ 18-il metru u wisa’ ta’ 9 metri, i-volum intern jispira sens ta’ sofistikazzjoni Barokka. Dan jispikka l-aktar fil-prospettivi tal-artali u fil-gallerija tal-orgni. Il-pittura tal-artal maġġur saret minn Mattia Preti u turi lil San Nikola ta’ Bari fil-preżenza tal-benefattur ewlieni, il-Gran Mastru Nicolas Cotoner. L-altari laterali huma ddedikati lill-Madonna tal-Pilar, u lil San Ġwann Evanġelista flimkien ma’ San Lawrenz. Dawn il-pitturi, u kif ukoll l-għamajjar u l-opri tal-arti l-oħra, inġabru mill-awtorijiet fl-aħħar snin tas-seklu għoxrin u ġew merfugħa fil-Kollezzjoni Nazzjonali. Fiż-żmien, il-Knisja ta’ San Nikola kienet mogħnija wkoll b’għadd ta’ relikwi u b’ikona ta’ San Nikola. Din tal-aħħar kienet inġabet minn Rodi fl-1530 u eventwalment ġiet irregalata lil din il-knisja fl-1744. Minkejja li l-opri tal-arti u l-għamajjar kollha m’għadhomx fil-post, din il-knisja għad għandha diversi elementi interessanti, fosthom il-ballavostrar tal-presbiterju u tal-gallerija tal-orgni. Daqstant interessanti hija l-kripta li tinsab taħtha. Din tinkludi żewġ artali tal-ġebel.

Dati Ewlenin

1696: bidu tal-bini tal-knisja

1698: konsagrazzjoni tal-knisja

1897: twaqqif tal-Parroċċa tal-Kalkara u għaldaqstant din il-knisja tibda taqa’ fit-territorju tagħha

1722: bini ta’ dar ġdida għall-Kappillan

1744: għoti tal-ikona medjevali ta’ San Nikola

1964: għeluq ta’ Forti Rikażli u abbandun tal-knisja

FILMATI

RITRATTI

Filter

EMMANUEL DE ROHAN

Emmanuel de Rohan was born in la Mancha, Spain on 18 April 1725. His father…

GIAN FRANCESCO ABELA

Gian Francesco Abela, born in Birgu, was a distinguished priest, historian, and vice-chancellor of the…

MATTIA PRETI

Mattia Preti, born in Taverna, Calabria, in 1613, was a major Italian Baroque painter known…

JEAN PARISOT DE LA VALETTE

Born to a noble family in Parisot, France, circa 1495, Jean Parisot de Valette entered…

Filter

Il-brejkwoter jgħaddi f’idejn l-Ammiraljat1909

11 T’OTTUBRU 1909

Il-bini tal-brejkwoter tlesta fl-1909 u għadda f’idejn l-Ammiraljat f’Ottubru tal-istess sena.
Ir-Rewwixta tal-Froberg Regiment1807

12 T’APRIL 1807

L-ammutinament ta' Froberg kien rewwixta fi ħdan il-forzi armati Ingliżi mir-Reġiment ta' Froberg li saret…
Ġiet ikkonsagrata il-Knisja ta’ San Nikola fil-Forti Rikażli1698

15 TA’ MEJJU 1698

Fis-seklu 17, il-Gran Mastru Nicolás Cotoner ħass il-bżonn li jkun hemm knisja ġewwa l-Forti Ricasoli…
Tqegħdet l-ewwel ġebla tal-Forti Rikażli 1670

15 TA’ ĠUNJU 1670

Fl-1669 il-Gran Mastru Nicolás Cotoner ta struzzjonijiet lill-inġinier Antonio Maurizio Valperga biex ifassal fortizza ġdida.

Filter

IT-TARZNA TA’ MALTA

Mit-Tarzna tal-Ordni sal-ewwel baċiri bla ilma mibnija f’nofs is-seklu 19, id-Daħla tal-Franċiżi dejjem kienet is-sit…

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IS-SWAR TAL-KOTTONERA

Content preparation about this location is currently in progress and will be updated soon

L-ORATORJU TAL-FRATELLANZA TAL-KURĊIFISS, BORMLA

Il-proporzjonijiet, it-tiżjin skolpit, kif ukoll il-fided u l-opri tal-arti jagħmlu lil dan l-oratorju wieħed mill-ifjen…

IL-KONSERVATORJU U L-KNISJA TA’ SAN ĠUŻEPP, BORMLA

Fis-seklu 17, dan kien orfanatrofju għat-tfajliet foqra. Illum il-konservatorju huwa dar tal-anzjani.

IL-KNISJA TROGLODITA, BORMLA

Imħaffra fil-blat u midfuna għal sekli sħaħ, din il-knisja taħt l-art ġiet skoperta mill-ġdid b’kumbinazzjoni…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS