IT-TARZNA TA’ MALTA

Il-Kottonera hija art tal-baħar. Ir-raġuni ewlenija għall-iżviluppi mingħajr preċedent matul is-seklu 16 u l-attivitá intensiva fl-inħawi sal-aħħar diċenji  tas-seklu 20, hija riżultat tal-għamla ġeografika, sewwasew il-kumplimentarità tal-port kenni ta’ Bormla u taż-żewġ ilsna art tal-Birgu u tal-Isla. Flimkien, dawn jiffurmaw ambjent ideali għall-iżvilupp ta’ qawwa navali fil-qalba ta’ kullana ta’ bliet interdipendenti u mħarsa b’reqqa kbira. Fl-istess waqt, il-Kottonera tifforma parti minn realtà ferm akbar li tinkludi kemm il-Port il-Kbir, kif ukoll il-Port ta’ Marsamxett. Dawn jiffurmaw riżorsa naturali tal-iprem kwalità li poġġiet lill-Malta fuq il-mappa tar-rotot ewlenin tat-tbaħħir fil-Mediterran sa mill-bidu tal-era klassika.

L-importanza ta’ Malta fl-istorja tat-tbaħħir fil-baħar nofsani ħadet spinta kbira mal-wasla tal-Ordni ta’ San Ġwann fl-1530. Il-portijiet ta’ Malta, iżda b’mod partikolari l-port ta’ Bormla, ma baqax sempliċi  bejta tal-pirati tal-baħar, iżda sar il-bażi ta’ forza marittima li kienet tħaddan in-nobbiltà Kattolika tal-Ewropa tal-Punent. Mal-wasla tagħha f’Malta, l-Ordni ħadet xejra aktar marittima peress li l-allejati u l-għedewwa tagħha kienu kollha fuq artijiet oħra. Il-flotta tal-Ordni kienet ukoll il-garanzija tas-sopravivenza tagħha peress li l-gżejjer ta’ Malta u Għawdex ma setgħux joffru l-ħtiġijiet kollha, lanqas dawk bażiċi tal-ikel. Naturalment, dan wassal sabiex il-Port ta’ Bormla jiġi attrezzat b’faċilitajiet għall-bini u l-manutenzjoni tal-bastimenti, kif ukoll għall-ħażna tal-merkanzija.

L-Ordni ta’ San Ġwann ġiet kostretta titlaq minn Malta fl-1798, iżda l-importanza tal-portijiet ta’ Malta fl-ebda ħin ma xxellfet. Anzi, it-twaħħid ta’ Malta mar-Renju Brittaniku fl-1800 ssarraf fil-bidu ta’ kapitlu ferm aktar movimentat. Dan peress li Malta ġiet addottata bħala l-bażi tal-kwartieri ġenerali tal-Flotta Rjali tal-Mediterran, u wara t-telfa tal-gżira ta’ Majorka fl-1802, il-portijiet ta’ Malta saru ċ-ċentru ewlieni għall-operat tagħha. Fl-istess waqt, l-avvanzi teknoloġiċi li ġabet magħha r-rivoluzzjoni industrijali kienu fl-aqwa tagħhom u għaldaqstant il-bastimenti bdew kull ma jmur jinbidlu. Naturalment, il-faċilitajiet tal-portijiet kellhom ukoll jiġu aġġornati b’mod kostanti.

Dan wassal għall-iżvilupp tal-baċiri, li huma ħwat enormi ’l isfel minn wiċċ il-livell tal-ilma baħar u li huma attrezzati b’entratura li tippermetti lill-bastimenti jidħlu u joħorġu minnhom. Meta l-bastiment isib postu fil-baċir, l-entratura tingħalaq, tiġi ssiġillata sew, u l-ilma baħar jitbattal sabiex it-tarznara jkunu jistgħu jaħdmu fuq il-ġnub u l-qiegħ tiegħu. It-Tarzna ta’ Malta kellha xejn anqas minn seba’ baċiri mqassma maż-żewġ naħat tal-Isla. L-ewwel wieħed li nbena jinsab fix-xatt ta’ Bormla. Il-proġett beda fl-1844, u meta ġie inawgurat fl-1847, dan kien l-uniku baċir tal-Flotta Rjali barra l-Ingilterra. Fi żmien għaxar snin, dan tkabbar sabiex jakkomoda żewġ bastimenti, u nbnew erba’ baċiri oħra fuq ix-xaqliba tal-punent tal-Isla, jew kif kienet magħrufa Il-Port tal-Franċiżi. Minbarra l-baċiri, inbnew ukoll numru ta’ ħwienet tax-xogħol u mħażen, u kif ukoll il-faċilitajiet neċessarji għall-eluf ta’ ħaddiema impjegati fil-bini u t-tiswija tal-opri tal-baħar.

L-importanza tat-Tarzna ta’ Malta spikkat l-aktar fiż-żminijiet imwegħra tal-konfrontazzjoni bejn is-superpotenzi, b’mod partikulari fiż-żewġ gwerer dinjija. Iżda kull bidu għandu tmiem, u l-istess ġara fir-relazzjoni ta’ bejn il-qawwa Navali Rjali u t-Tarzna ta’ Malta. Wara li l-kriżi tas-Swejż fl-1956, il-qawwiet tar-Renju Unit bdew jaraw kif jaħsbu biex jirtiraw il-flotta tagħhom mill-Mediterran bil-għan li jittaffa l-piż finanzjarju marbut mal-kolonji. Ix-xogħol ta’ sorveljanza għaż-żamma tal-paċi ġie fdat f’idejn is-Sitt Flotta Amerikana. Għaldaqstant, l-użu tat-tarzna ta’ Malta ġie fix-xejn, u l-għajxien ta’ eluf ta’ familji kien jinsab f’xifer l-irdum. L-unika tama kienet li t-tarzna tidħol f’oqsma oħra, b’mod partikolari l-bini u t-tiswija tal-bastimenti merkantili. Dan wassal sabiex it-Tarzna ta’ Malta tingħata lill-kumpanija Messrs C.H. Bailey ta’ Wales fl-1959.

Il-kumpanija Bailey damet tmexxi t-Tarzna ta’ Malta ghal madwar disa’ snin, sakemm fl-1968, il-Gvern Malti ħadha f’idejh.  Fl-istess waqt, fl-1975 ġie mibni s-seba’ u l-akbar baċir. Dan seta’ jsir bl-għajnuna teknika u finanzjarja tar-Repubblika taċ-Ċina, u huwa meqjus l-akbar baċir fil-Mediterran. Fl-1979, imbagħad ġie mwaqqaf kunsill għat-tmexxija tat-Tarzna, iżda l-isfidi tal-industrija ssarrfu fl-akkumulu ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ dejn. Għaldaqstant, il-Gvern Malti ddeċieda li jagħlaq u jillikwida t-Tarzna fl-2010. Fl-istess waqt, parti sostanzjali mill-faċilitajiet tagħha ġew mikrija lil kumpanija Taljana Palumbo Shipyards. Fl-istess waqt, il-baċiri wieħed u tnejn u l-ħwienet tax-xogħol tal-madwar ġew mibdula f’żoni pubbliċi u fil-Kampus tal-Universita Amerikana ta’ Malta rispettivament.

FILMATI

RITRATTI

Filter

LOUIS SHICKLUNA

Louis Shickluna, imwieled l-Isla fl-1808, kien bennej tal-vapuri prominenti fil-Kanada, magħruf għall-vapuri ta’ kwalità għolja…

ANDREA DEBONO

Andrea Debono, imwieled l-Isla fl-1821, kien esploratur u negozjant Malti li sar l-ewwel Ewropew li…

CHARLES CLEWS

Charles Clews twieled f’ Settembru 1919, it-tifel ta’ William George Clews u Mary Scerri.

JUAN BAUTISTA AZZOPARDO

Juan Bautista Azzopardo, imwieled l-Isla fl-1772, kien perit u privat navali ta’ suċċess li aktar…

TURGUT REIS DRAGUT

Turgut Reis Dragut was a renowned Ottoman naval commander and admiral who lived in the…

SIR ALEXANDER JOHN BALL

Sir Alexander John Ball, born in 1757 in Gloucestershire, England, served as the Governor of…

Filter

Jiġi inawgurat il-proġett tal-Baċir numru 12014

27 TA’ AWWISSU 2014

L-inħawi fejn illum insibu il-Baċir numru 1, fi żmien il-Kavallieri kienu magħrufa bħala l-Porto delle…
Qniepen ġodda għat-torri tal-arloġġ tal-Mużew Marittimu2011

13 TA’ ĠUNJU 2011

Waqt ċerimonja fit-13 ta’ Ġunju 2011, ġew inawgurati u mbierka sett qniepen taż-żmien li ġew…
Imut l-attur Charles Clews2009

29 TA’ JANNAR 2009

Imwieled fis-27 ta’ Settembru 1919 fl-Isla, Charles Clews kien attur komiku u kittieb Malti.
L-Um El Faroud jiġi mgħerreq1998

2 TA’ SETTEMBRU 1998

L-Um El Faroud, tanker Libjan, kien inbena 26 sena qabel fl-Ingilterra u kien iġorr il-fjuwil…
Inawgurat monument f’ġieħ il-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna1992

14 T’APRIL 1992

Waqt ċerimonja li saret fit-Tarzna nhar it-Tlieta, 14 ta’ April 1992, ġie inawgurat monument lil-ħaddiema…
Il-Victualling Yard tal-Birgu tiġi trasferita1964

28 TA’ ĠUNJU 1964

Kien ilu jopera mill-Birgu mill-bidu tas-seklu 19

Filter

IT-TARZNA TA’ MALTA

Mit-Tarzna tal-Ordni sal-ewwel baċiri bla ilma mibnija f’nofs is-seklu 19, id-Daħla tal-Franċiżi dejjem kienet is-sit…

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IS-SWAR TAL-KOTTONERA

Content preparation about this location is currently in progress and will be updated soon

L-ORATORJU TAL-FRATELLANZA TAL-KURĊIFISS, BORMLA

Il-proporzjonijiet, it-tiżjin skolpit, kif ukoll il-fided u l-opri tal-arti jagħmlu lil dan l-oratorju wieħed mill-ifjen…

IL-KONSERVATORJU U L-KNISJA TA’ SAN ĠUŻEPP, BORMLA

Fis-seklu 17, dan kien orfanatrofju għat-tfajliet foqra. Illum il-konservatorju huwa dar tal-anzjani.

IL-KNISJA TROGLODITA, BORMLA

Imħaffra fil-blat u midfuna għal sekli sħaħ, din il-knisja taħt l-art ġiet skoperta mill-ġdid b’kumbinazzjoni…