IL-FORTI RIKAŻLI, IL-KALKARA

Il-Forti Rikażli jokkupa l-promontorju magħruf bħala l-Ponta tal-Forka fil-Kalkara. Dan il-promontorju fuq in-naħa ta’ barra tal-Port il-Kbir ingħata dan l-isem fl-1531, meta l-iskjavi li kienu ħadu sehem f’ribelljoni, ġew mogħtija l-forka f’dan is-sit.

L-ewwel fortifikazzjoni f’dan il-promontorju tmur lura għall-1629, meta kienu nbnew torri u batterija nofs tond bil-ħsieb li titnaqqas il-possibilità tal-ħrib tal-iskjavi. Uffiċjalment, dawn kienu msejħa t-Torri u l-Batterija ta’ San Petronju, iżda l-isem popolari tagħhom kien Orsi minħabba l-għajnuna finanzjarja tal-Kavallier Alessandro Orsi għall-bini tagħhom. Fl-istess waqt, dan l-ilsien art kien joffri theddida serja għad-difiża tal-Belt Valletta, u għaldaqstant il-ħsieb li jiġi fortifikat tajjeb baqa jbherren f’moħħ it-tmexxija tal-Ordni. Din il-ħtieġa saret aktar urġenti fl-1669, meta l-Ottomani rnexxielhom jirbħu l-belt ta’ Kandja fi Kreta u kien hawn biża’ li ser jerġgħu jaħbtu bil-qawwi fuq Malta.

Dlonk inġab Malta l-Inġinier Militari Taljan Maurizio Antonio Valperga, li wara evalwazzjoni tal-fortifikazzjonijiet preżenti fassal pjan għad-difiża tal-Port il-Kbir. Dan kien jaħseb (1) għall-bini ta’ dan il-forti fil-Ponta tal-Forok, (2) għall-ħolqien ta’ linja oħra ta’ swar quddiem is-swar ta’ Santa Margerita, u (3) it-tisħiħ tas-swar tal-Furjana. L-implimentazzjoni ta’ din l-iskema bdiet mingħajr telf ta’ żmien. Kif mistenni, din issarrfet fi spiża enormi għall-Ordni. Fil-fatt, il-proġett tal-Forti Rikażli seta’ jitwettaq grazzi għall-għotja ta’ 20,000 skud mill-Kavallier Giovanni Francesco Ricasoli. Ix-xogħol dam għaddej sal-1698, u kien jinkludi l-bini ta’ linja tas-swar mad-dawra kollha ta’ din il-peniżola.

L-aktar parti b’saħħitha tħares fuq ix-xaqliba tax-Xgħira.  Din tikkonsisti f’linja ta’ swar f’għamla ta’ kuruna, sewwasew bastjun ċentrali, demi-bastjun f’kull tarf, u kurtina fil-meded ta’ bejniethom. Dawn huma msaħħa b’fausse braye (terrazzin mat-tul kollu tas-sur u aktar baxx mill-għoli tal-istess sur), u b’żewġ ravelini (wieħed quddiem kull kurtina). Din il-linja ta’ swar għandha wkoll foss u glacis.

In-naħa tal-forti li tħares fuq il-baħar miftuħ għandha erba’ bastjuni, filwaqt li l-parti li tħares għal fuq il-Port il-Kbir hija nieqsa mill-bastjuni u mid-demi-bastjuni sabiex ma tkunx tista’ tintuża kontra l-fortifikazzjonijiet l-oħra fil-Port il-Kbir f’każ li taqa’ f’idejn l-għadu. Minkejja li ġie armat bi 80 kanun, Forti Rikażli ma kienx b’saħħtu biżżejjed fl-eventwalità ta’ assedju fit-tul skont l-inġiniera militari Franċiżi li żaruh fl-1715. Għaldaqstant, ġie propost ridott addizzjonali fit-tarf tat-tramuntana tal-front ewlieni, iżda dan il-ħsieb baqa’ fuq l-ixkaffa sal-1789 minħabba nuqqas ta’ fondi.

Kif mistenni, is-sit imperreċ ta’ Forti Rikażli joffri sfidi partikulari għaż-żamma tal-bini. Minħabba li l-forti huwa mdawwar bil-baħar, il-ħitan bdew iġarrbu ħsarat mill-qilla tal-baħar sa minn kmieni. Fil-fatt, fis-sena 1752 kien jeħtieġ proġett estensiv ta’ manutenzjoni u restawr. Ħsarat oħra seħħew fl-1807, meta r-reġiment Ingliż stazzjonat fih irribella u l-forti kellu jittieħed lura bil-forza. L-andament tas-seklu 19 ġab aktar tibdil, speċjalment kawża tal-iżviluppi teknoloġiċi fl-artillerija. L-akbar tibdil seħħ b’rabta mal-istallazzjoni ta’ kanuni aktar b’saħħithom fis-snin 70.

Is-seklu 20 ħaffef ir-ritmu tal-iżvilupp teknoloġiku, u Forti Rikażli ra tibdiliet sostanzjali fl-artillerija u kif ukoll fil-bini ta’ strutturi ġodda bħat-torrijiet tas-searchlights. Dawn kellhom sehem importanti matul it-Tieni Gwerra Dinjija, speċjalment matul l-attakk tal-eboats f’Lulju 1941. Fl-istess waqt, Forti Rikażli ġarrab diversi ħsarat mill-attakki tal-għadu. L-aħħar deċenji ma tantx kienu ġenerużi ma’ dan il-forti, tant li l-parti l-kbira tal-ħsarat tal-gwerra baqgħu ma tranġawx, filwaqt li l-foss inbidel f’faċilità għat-tindif tat-tankijiet tal-fuel tal-bastimenti.

FILMATI

RITRATTI

Filter

EMMANUEL DE ROHAN

Emmanuel de Rohan was born in la Mancha, Spain on 18 April 1725. His father…

GIAN FRANCESCO ABELA

Gian Francesco Abela, born in Birgu, was a distinguished priest, historian, and vice-chancellor of the…

MATTIA PRETI

Mattia Preti, born in Taverna, Calabria, in 1613, was a major Italian Baroque painter known…

JEAN PARISOT DE LA VALETTE

Born to a noble family in Parisot, France, circa 1495, Jean Parisot de Valette entered…

Filter

Il-brejkwoter jgħaddi f’idejn l-Ammiraljat1909

11 T’OTTUBRU 1909

Il-bini tal-brejkwoter tlesta fl-1909 u għadda f’idejn l-Ammiraljat f’Ottubru tal-istess sena.
Ir-Rewwixta tal-Froberg Regiment1807

12 T’APRIL 1807

L-ammutinament ta' Froberg kien rewwixta fi ħdan il-forzi armati Ingliżi mir-Reġiment ta' Froberg li saret…
Ġiet ikkonsagrata il-Knisja ta’ San Nikola fil-Forti Rikażli1698

15 TA’ MEJJU 1698

Fis-seklu 17, il-Gran Mastru Nicolás Cotoner ħass il-bżonn li jkun hemm knisja ġewwa l-Forti Ricasoli…
Tqegħdet l-ewwel ġebla tal-Forti Rikażli 1670

15 TA’ ĠUNJU 1670

Fl-1669 il-Gran Mastru Nicolás Cotoner ta struzzjonijiet lill-inġinier Antonio Maurizio Valperga biex ifassal fortizza ġdida.

Filter

IL-KAPPELLA TA’ SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-KNISJA TA’ SAN NIKOLA FIL-FORTI RIKAŻLI, Il-KALKARA

Din il-knisja ġiet iddedikata lil San Nikola ta’ Bari b’tifkira tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner, li…

IL-COT LIFT TA’ BIGHI

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

L-UFFIĊĊJU AMMINISTRATTIV TA’ HERITAGE MALTA U Ċ-ĊENTRU NAZZJONALI GĦALL-KONSERVAZZJONI U RESTAWR TAL-WIRT KULTURALI MALTI, BIGHI

Illum, parti minn dan il-kumpless isservi bħala l-Uffiċċju Amministrattiv ta’ Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali għal…

ESPLORA, IĊ-ĊENTRU INTERATTIV TAX-XJENZA F’BIGHI, IL-KALKARA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

FORTI SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS

Avvenimenti li ġejjin

Il-Patrijiet Dumnikani jiġu fil-Birgu1528

4 TA’ FRAR 1528

Titqiegħed l-ewwel ġebla ta’ Forti San Mikiel fl-Isla1552

8 TA’ MEJJU 1552

Imut il-Gran Mastru La Sengle1557

18 T’AWWISSU 1557

TRAILS