IL-FORTI SANT’ANĠLU, IL-BIRGU

Mgħannaq mal-quċċata tal-għolja fil-ponta tal-peniżola tal-Birgu, Forti Sant’Anġlu ilu jżomm ħarstu fuq il-Port il-Kbir sa minn żmien żemżem. Dan is-sit jaf ilu jiġi użat sa minn żmien in-Neolitiku, filwaqt li l-quċċata ta’ daqs konvenjenti u mperrċa tiegħu jidher li serviet ta’ bażi għall-bini ta’ kumpless monumentali reliġjuż fl-era klassika. Fil-fatt, il-binja preżenti tinkorpora ħajt li jmur lura għal dan iż-żmien imbiegħed.

L-addattament ta’ dan il-kumpless għal post ta’ difiża hu komunament attribwit lill-Għarab, li saltnu fuq dawn il-gżejjer mit-870 sal-1091. Skond it-tradizzjoni, il-Konti Ruġġieru waqqaf knisja f’dan il-forti hekk kif rebħu l-battalja fl-1091. Is-seklu 13, imbagħad, jagħtina l-ewwel deskrizzjoni ta’ dan il-kastell. Sal-1274, il-Forti Sant’Anġlu jew Catrum Maris (il-kastell ta’ ħdejn il-baħar) kif kien magħruf f’dak iż-żmien, kien jikkonsisti f’żewġ linji ta’ swar, sewwasew il-kastell t’isfel jew ta’ barra u l-kastell ta’ fuq jew ta’ ġewwa. Kull waħda minn dawn il-linji kienet imsaħħa b’numru ta’ torrijiet tondi. Aktar importanti minn hekk, dan il-kastell kien meqjus mill-ħakkiema fi Sqallija bħala garanzija tal-interessi tagħhom fil-gżejjer Maltin, u għaldaqstant kien amministrat minn Sqallin li kienu jgawdu l-fiduċja tagħhom.

Minkejja li mhux dejjem kien jitmexxa fl-aħjar interessi tal-poplu ta’ dawn il-gżejjer, il-kastell ta’ ħdejn il-baħar kien jagħti serħan il-moħħ lill-istess abitanti u kellu rwol ewlieni fl-iżvilupp tas-subborg tal-Birgu. Dan tal-aħħar kien l-uniku raħal li baqa jiffjorixxi wara ż-żieda tat-theddida tal-furbani. L-importanza strateġika ta’ Sant’Anġlu toħroġ ukoll mill-fatt li dan il-kastell irnexxielu jxejjen l-ewwel attakk Ottoman f’Malta fl-1488.

Wara l-1530, il-mexxejja l-ġodda tal-Gżejjer Maltin bidlu dan il-kastell fil-kwartieri ġenerali tagħhom u saħħu l-binja antika tiegħu permezz ta’ diversi pjattaformi għall-artillerija. Fl-istess waqt, huma bdew jirreferu għalih bħala l-Forti ta’ Sant’Anġlu. Dan it-titjib strutturali ġedded il-ħajja ta’ dan l-għassies tal-Port il-Kbir u biddlu f’magna tal-gwerra li lagħbet parti determinant waqt l-Assedju l-Kbir tal-1565.

Biżżejjed insemmu li dan il-forti kien iservi bħala ċentru għall-kordinazzjoni tal-istrateġiji difensivi u offensivi, bħala maħżen ewlieni għall-provisti, bħala l-batterija ewlenija għall-attakk tal-pożizzjonijiet tal-Ottomani fuq l-għoljiet ta’ Xebb-er-Ras (il-Belt Valletta) u tas-Salvatur (il-Kalkara), u kellu rwol prinċipali fl-isfrattar tal-attakk fuq l-Isla nhar il-15 ta’ Lulju.

It-trasferiment tal-kwartieri ġenerali tal-Ordni għall-Belt Valletta fl-1571 u l-ħolqien ta’ sistema impressjonanti ta’ linji ta’ difiża mad-dawra tal-Port il-Kbir, u eventwalment mal-bqija tal-kosta tal-Gżejjer Maltin, ma naqqar xejn mill-importanza tal-Forti Sant’Anġlu fl-iskema difensiva. Fil-fatt, fis-snin 80 tas-seklu 17, l-inġinier militari Olandis Carlos Grunenbergh xpruna l-bidla tiegħu f’fortizza maestuża. Fost l-oħrajn, din kienet armata b’erba batteriji b’total ta’ 50 kanun immirati lejn id-daħla tal-Port il-Kbir.

Il-vokazzjoni ta’ dan il-Forti baqgħet sħiħa mal-wasla tal-kolonizzaturi Brittaniċi fil-bidu tas-seklu 19. Il-qawwa straordinarja tal-batteriji tiegħu ġġeddet permezz tal-introduzzjoni ta’ tliet kanuni armati b’kanna għall-balal ta’ 9 pulzieri. F’qasir żmien, però, dawn tilfu l-iskop tagħom peress li d-daħla tal-Port il-Kbir kienet mgħassa permezz ta’ żewġ kanuni ġganteski fil-Forti Rinella (il-Kalkara) u fil-Forti Cambridge (Tas-Sliema) rispettivament.

Għalhekk, il-Forti Sant’Anġlu rċieva rwol ġdid u daqstant prestiġjuż fi żmien 20 sena. Fl-1906, il-Flotta tal-Mediterran fi ħdan ir-Royal Navy ċaqalqet il-kwartieri ġenerali tagħha għal dan il-forti ikoniku. Dan dlonk inbidel f’bastiment tal-ġebel, sewwasew bażi navali fuq l-art immexxija fuq l-istess linji ta’ bastiment. Dan il-bastiment tal-ġebel ingħata l-isem HMS Egmont fl-1912, u eventwalment HMS St Angelo fl-1933.

Forti Sant’Anġlu reġa’ daħal fl-azzjoni matul it-Tieni Gwerra Dinjija, b’mod partikulari fil-ġlieda kontra l-attakki tal-Assi mill-ajru. Ta’ min jinnota wkoll li dan kien l-aħħar sit militari li ġie vakat mill-forzi militari barranin fil-31 ta’ Marzu 1979.

FILMATI

RITRATTI

Filter

JUAN BAUTISTA AZZOPARDO

Juan Bautista Azzopardo, imwieled l-Isla fl-1772, kien perit u privat navali ta’ suċċess li aktar…

EMMANUEL DE ROHAN

Emmanuel de Rohan was born in la Mancha, Spain on 18 April 1725. His father…

VINCENZO LABINI

Vincenzo Labini, born in Bitonto, Italy in 1735, was appointed Bishop of Malta in 1780…

PAUL ALPHÉRAN DE BUSSAN

Paul Alphéran de Bussan became Bishop of Malta in 1728-1757. He was instrumental in building…

GIAN FRANCESCO ABELA

Gian Francesco Abela, born in Birgu, was a distinguished priest, historian, and vice-chancellor of the…

MIGUEL JERÓNIMO DE MOLINA

Miguel Jerónimo de Molina, born in Fortanete in 1638, served as Bishop of Malta from…

Filter

Trattat bejn il-Gvern Malti u l-Ordni ta’ San Ġwann1998

5 TA’ DIĊEMBRU 1998

F’dan il-jum ġie ffirmat trattat bejn il-Gvern Malti u l-Ordni Sovrana ta’ Malta, fejn il-biċċa…
L-Ingliżi jitilqu minn Malta 1979

31 TA’ MARZU 1979

Fil-31 ta’ Marzu 1979, l-aħħar stakkament li kien fadal tal-Forzi Brittaniċi ħareġ mill-Forti Sant’Anġlu lejn…
Sar it-trasferiment tal-flagship mill-HMS St Angelo għal HMS London1956

12 TA’ MARZU 1979

Peress li fil-31 ta’ Marzu 1979, il-bażi militari Ingliża f’Malta kienet se tagħlaq, it-trasferiment tal-bastiment…
L-attakk tal-E-boats Taljani1941

26 TA’ LULJU 1941

Fil-għaxija tal-25 ta’ Lulju, in-Navy Taljana telqet minn Sqallija bi pjan li jiftħu parti mix-xibka…
Minn HMS Egmont għal HMS St Angelo1933

1 TA’ LULJU 1933

Il-Forti Sant’Anġlu ġie trasferit uffiċjalment lir-Royal Navy fit-8 ta’ Diċembru 1906. Erba’ snin wara, ġie…
Ir-Re Ġorġ V fil-Birgu1912

25 TA’ JANNAR 1912

Ir-Re Ġorġ V ma kienx barrani għal Malta. Meta kien żagħżugħ, serva għal ħafna snin…

Filter

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IS-SWAR TAL-KOTTONERA

Content preparation about this location is currently in progress and will be updated soon

BIEB SANT’ANNA, L-ISLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-BIEB PRINĊIPALI TAL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

COUVRE PORTE, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-BIEB TA’ ARAGONA, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – SUNDAY : 10:00 – 18:00HRS

Avvenimenti li ġejjin

Il-Patrijiet Dumnikani jiġu fil-Birgu1528

4 TA’ FRAR 1528

Titqiegħed l-ewwel ġebla ta’ Forti San Mikiel fl-Isla1552

8 TA’ MEJJU 1552

Imut il-Gran Mastru La Sengle1557

18 T’AWWISSU 1557

TRAILS