IL-KNISJA TAT-TRINITÀ QADDISA, IL-BIRGU

Il-knisja preżenti nbniet fis-snin 60 tas-seklu l-ieħor fuq disinn tal-Professur R.V. Galea. Din ħadet post  oħra mibnija fis-seklu 18 li ġġarfet fl-1942 mill-bumbardamenti tal-għadu. L-ewwel kappella mibnija fuq dan is-sit tmur lura għall-1462 u kienet iddedikata lill-Madonna ta’ Monserrat. Oriġinarjament, il-bieb ta’ din il-knisja kien jagħti għat-triq ta’ wara, u għaldaqstant l-art tal-binja l-ġdida kienet bosta metri ‘l isfel.

L-Ewwel Żewġ Knejjes

L-eqdem knisja f’dan is-sit inbniet mill-familji De Guevara u Inguanez. Għaldaqstant, l-armi araldiċi ta’ dawn iż-żewġ familji kienu skolpiti fuq il-bieb tagħha. Fl-1620, il-Knisja tal-Madonna ta’ Monserrat żdidulha żewġ artali laterali, wieħed iddedikat lit-Trinità Qaddisa u l-ieħor lil San Omobonu.

Fis-seklu 18, imbagħad, il-knisja nbniet mill-ġdid f’għamla ta’ rotunda min-nobbli Lucrezia Gauci Falzon. Din ġiet iddedikata lit-Trinità Qaddisa, u kienet imżejna b’emblemi b’tema trinitarja u kif ukoll b’żewġ anġli mal-ġnub tal-kwadru titulari.

Il-Faċċata

Il-faċċata tikkonsisti f’arranġament vertikali ta’ erba’ elementi ewlenin, sewwasew bieb, tieqa, frontispizju u kampnar fil-quċċata.

Minn Ġewwa

Il-knisja tikkonsisti f’navata bi tliet bajjiet u presbiterju mifrud minn magħha permezz ta’ arkata. Ix-xogħol tal-lavur sar minn Ġiġi Depasquale, filwaqt li l-kwadru titulari tpitter minn Rafel Bonniċi Calì.  L-artal huwa maħdum fl-irħam.

Tagħrif ieħor

Fit-tiġrif tal-1942, waħda mill-qniepen ta’ din il-knisja waqgħet fil-Victualling Yard. Din kienet tmur għall-1523 u għaldaqstant is-supretendent tat-Tarzna rritornaha lill-Arċisqof Mikiel Gonzi fl-1944. Eventwalment, mat-tlestija tal-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Luċija, din sabet ruħha fil-kampnar tagħha, iżda fl-1995 reġgħet lura fil-Birgu u tpoġġiet fil-Mużew tal-Parroċċa.

Dati Ewlenin

1462: bini tal-ewwel knisja mill-familji De Guevara u Inguanez

1582-1611: użata mill-patrijiet Karmelitani sa ma bnew knisja fil-qrib

1784: bini mill-ġdid fuq inizjattiva ta’ Lucrezia Gauci Falzon

1898: tkabbir tas-sagristija

1942: tiġrif mill-ħbit tal-għadu

1960: bini tal-knisja preżenti

1970: użu bħala Sede tal-Azzjoni Kattolika

2022: mgħoddija lill-Komunità Griega Kattolika

RITRATTI

Filter

JUAN BAUTISTA AZZOPARDO

Juan Bautista Azzopardo, imwieled l-Isla fl-1772, kien perit u privat navali ta’ suċċess li aktar…

EMMANUEL DE ROHAN

Emmanuel de Rohan was born in la Mancha, Spain on 18 April 1725. His father…

VINCENZO LABINI

Vincenzo Labini, born in Bitonto, Italy in 1735, was appointed Bishop of Malta in 1780…

PAUL ALPHÉRAN DE BUSSAN

Paul Alphéran de Bussan became Bishop of Malta in 1728-1757. He was instrumental in building…

GIAN FRANCESCO ABELA

Gian Francesco Abela, born in Birgu, was a distinguished priest, historian, and vice-chancellor of the…

MIGUEL JERÓNIMO DE MOLINA

Miguel Jerónimo de Molina, born in Fortanete in 1638, served as Bishop of Malta from…

Filter

Jinfetaħ uffiċjalment iċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva 2016

28 T’OTTUBRU 2016

Fit-28 t’Ottubru 1994 tħabbar li l-Palazz ta’ Bighi fil-Kalkara, li fl-imgħoddi kien jagħmel ukoll parti…
Jiġi inawgurat il-proġett tal-Baċir numru 12014

27 TA’ AWWISSU 2014

L-inħawi fejn illum insibu il-Baċir numru 1, fi żmien il-Kavallieri kienu magħrufa bħala l-Porto delle…
Qniepen ġodda għat-torri tal-arloġġ tal-Mużew Marittimu2011

13 TA’ ĠUNJU 2011

Waqt ċerimonja fit-13 ta’ Ġunju 2011, ġew inawgurati u mbierka sett qniepen taż-żmien li ġew…
Il-Papa Benedittu XVI iżur il-Kottonera2010

18 T’APRIL, 2010

F’għeluq l-1950 anniversarju tan-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta, il-Papa Benedittu XVI għamel żjara pastorali f’pajjiżna…
Imut l-attur Charles Clews2009

29 TA’ JANNAR 2009

Imwieled fis-27 ta’ Settembru 1919 fl-Isla, Charles Clews kien attur komiku u kittieb Malti.
L-ewwel komunità ta’ Salesjani fil-Kunvent ta’ San Filippu2008

20 T’OTTUBRU 2008

L-ewwel komunità ta’ patrijiet Salesjani imwaqqfa minn San Ġwann Bosco bdiet tgħammar fil-Kunvent ta’ San…

Filter

IL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-MADONNA TAL-KARMNU, IL-BIRGU

Il-Fratellanza tal-Galeri, stabbilita f’din il-knisja, kienet torganizza l-Purċissjoni s-Sewda bil-parteċipazzjoni ta’ lsiera jkaxkru ktajjen tqal…

IL-KAPPELLA TA’ SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-KNISJA TA’ SAN NIKOLA FIL-FORTI RIKAŻLI, Il-KALKARA

Din il-knisja ġiet iddedikata lil San Nikola ta’ Bari b’tifkira tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner, li…

IL-KNISJA TAT-TWELID TAL-MADONNA FIL-FORTI SANT’ANĠLU, IL-BIRGU

Imħaffra fil-blat, din kienet il-knisja parrokkjali oriġinali għan-nies tal-Kottonera u huwa maħsub li twaqqfet mill-Konti…

L-ORATORJU TAL-KURĊIFISS, IL-BIRGU

Żur din il-kappella tal-Fratellanza tal-Kurċifiss biex tara sitt vari tal-Ġimgħa l-Kbira u l-iskultura ta’ Kristu…

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS

Avvenimenti li ġejjin

Il-Patrijiet Dumnikani jiġu fil-Birgu1528

4 TA’ FRAR 1528

Titqiegħed l-ewwel ġebla ta’ Forti San Mikiel fl-Isla1552

8 TA’ MEJJU 1552

Imut il-Gran Mastru La Sengle1557

18 T’AWWISSU 1557

TRAILS