IL-KOLLEĠĠJATA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI, BORMLA

Il-popolazzjoni ta’ Bormla bdiet tikber ġmiela wara l-wasla tal-Ordni fl-1530, u fl-assenza ta’ knisja parrokkjali fil-lokal, il-ħtiġijiet spiritwali ta’ din il-komunità kienu moqdija mill-Knisja tal-Madonna tas-Sokkors li kienet tinsab fl-istess sit tal-knisja parrokkjali tal-lum. Dawn l-akkwati ġarbu saram kbir matul l-Assedju tal-1565, iżda l-ħajja marret lura għan-normalità f’qasir żmien u l-poplazzjoni telgħet għal 1200 ruħ sal-1575. Dan wassal lill-Bormliżi biex jagħmlu talba għall-preżenza kontinwa ta’ saċerdot, liema talba ntlaqgħet mill-Viżitatur Appostoliku Pietro Dusina bil-kundizzjoni li s-sagrament tal-magħmudija jingħata biss mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz fil-Birgu. Il-popolazzjoni kompliet tiżdied u għaldaqstant il-Bormliżi għamlu talba formali għat-twaqqif ta’ parroċċa fl-1584. Din saret realtà fl-1587.

Il-Bini tal-Knisja

Il-knisja tinsab fil-quċċata ta’ promontorju ċkejken magħruf bħala l-Għolja tal-Ġonna. L-eqdem knisja fuq dan is-sit jidher li nbniet lejn l-aħħar tas-seklu 15. Din tkabbret fl-1627, iżda l-knisja li naraw illum bdiet tinbena fis-snin 80 tas-seklu 17. Ix-xogħol dam sejjer sal-ewwel deċenji tas-seklu 18. L-Isqof Paolo Alpheran De Bussan ikkonsagraha u biddel it-titular għal Marija Immakulata fil-25 ta’ Mejju 1732. Matul is-seklu 19, imbagħad, il-kappelli tal-ġnub ġew immodifikati.

Il-Faċċata

Il-faċċata tistrieħ fuq zuntier imtarraġ u hi maqsuma f’ħames bajjiet. Il-bajja ċentrali hi definita minn pilastri doppji u frontispizju. Il-bieb ewlieni hu kkumplimentat minn żewġ bibien sekondarji, fiċ-ċentru tal-bajjiet biswithom. Dawn il-bibien huma kollha inkurunati minn frontispizji prominenti. Il-bajjiet ta’ barra, imbagħad, iservu ta’ bażi għall-kampnari  massiċċi. Fl-istess waqt, l-eleganza tal-piramidi ta’ fuq il-kampnari tkompli ssaħħaħ l-imponenza tal-kompożizzjoni ġenerali tal-faċċata. Imqassma fiż-żewġ kampnari nsibu sitt iqniepen, bl-akbar fosthom maħduma minn Giulio Cauchi fl-1895. Din il-faċċata hi mogħnija wkoll b’arloġġ maħdum minn Mikelanġ Sapiano fl-1893. L-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni nħadmet ġewwa Carrara, l-Italja, fuq disinn ta’ Abraham Gatt.

Minn Ġewwa

Il-knisja tikkonsisti f’salib Latin, sewwasew korsija, żewġ kappelluni u kor. Il-korsija tikkonsisti fi tliet bajjiet u hi msaqqfa b’volta tal-erba’ flieli. L-istess sistema ta’ tisqif tinsab fil-kappelluni u l-kor. Dawn il-volti huma magħquda flimkien permezz ta’ koppla.  Il-Kolleġjata ta’ Marija Bambina għandha wkoll erba’ kappelli fuq kull naħa, tlieta mal-ġnub tal-korsija u oħra fil-ġenb ta’ ġewwa tal-kappelluni. Ix-xogħlijiet tal-irħam li jagħnu din il-knisja jinkludu l-artali, il-paviment, il-battisteru u kif ukoll waħda mill-kopletti.

Opri tal-Arti

Il-kollezzjoni tal-opri tal-arti li għandha din il-knisja hi tassew impressjonanti. Mingħajr dubju l-istatwa titulari bil-pedestall, il-bradella u l-bankun tagħha huma fost l-aktar prominenti. Daqstant ewlieni hu l-kwadru titulari li tpitter minn Pietro Paolo Caruana fl-1828. Dan ġie inkurunat mill-Kardinal Domenico Ferrata fl-1905, u eventwalment imżejjen bi stellarju tad-deheb mill-Kardinal Federico Tedeschini.

Dati Ewlenin

Seklu 15: bini tal-knisja tal-Madonna tas-Sokkors fuq l-Għolja tal-Ġonna

1587: twaqqif tal-Parroċċa ta’ Bormla

1627: tkabbir tal-Knisja tal-Madonna tas-Sokkors

Seklu 17: bini tal-knisja preżenti

1732: konsagrazzjoni tal-knisja l-ġdida

1822: twaqqif tal-Kolleġġjata

1905: inkurunazzjoni tal-kwadru titulari u modifikazzjoni tal-istatwa titulari mid-ditta Antonio Ghezzi e Figlio f’Milan

1944: pellegrinaġġ nazzjonali bl-istatwa u bil-kwadru titulari minn Birkirkara fejn kienu miżmuma matul il-gwerra

1955: tiżjin tal-kwadru titulari bi stellarju tad-deheb

2022: tiżjin tal-kwadru titulari b’warda

FILMATI

RITRATTI

Filter

LOUIS SHICKLUNA

Louis Shickluna, imwieled l-Isla fl-1808, kien bennej tal-vapuri prominenti fil-Kanada, magħruf għall-vapuri ta’ kwalità għolja…

GIOVANNI MATTEO RISPOLI

Giovanni Matteo Rispoli twieled l-Isla fl-1582, iben Giovanni Vincenzo u Caterina. Missieru kien impjegat bħala…

ANDREA DEBONO

Andrea Debono, imwieled l-Isla fl-1821, kien esploratur u negozjant Malti li sar l-ewwel Ewropew li…

CHARLES CLEWS

Charles Clews twieled f’ Settembru 1919, it-tifel ta’ William George Clews u Mary Scerri.

SUOR MARIA DE DOMENICIS

Maria De Domenicis twieldet il-Birgu fl-1645 ġewwa familja artistika. Il-familja De Domenicis ġiet Malta minn Napli.

VICTORIN GALEA

Imwielda f’ familja ta’ atturi ġewwa l-Isla, Vitorin bdiet turi interess fit-teatru minn eta’ żgħira…

Filter

Il-Monument tal-Gwerra inawgurat ġewwa Bormla1994

20 TA’ NOVEMBRU 1994

Il-monument jinsab quddiem il-Knisja ta’ Bormla u huwa xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi.
Il-knisja l-ġdida ta’ Marija Bambina fl-Isla tiġi ikkonsagrata1957

24 T’AWWISSU 1957

Wara l-gwerra, xi wħud kienu tal-fehma li l-knisja parrokkjali tal-Isla għandha tinbena kompletament mill-ġdid wara…
Il-Kardinal Tedeschini f’Bormla1955

23 TA’ LULJU 1955

F’għeluq il-50 sena mill-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla, il-Kardinal Tedeschini waħħal stellarju madwar ras…
Il-vara tal-Kunċizzjoni u t-titular jirritornaw f’Bormla1944

19 TA’ NOVEMBRU 1944

Fl-1941 il-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni flimkien mal-kwadru titulari ta’ Bormla, ittieħdu Birkirkara biex ikunu f’post aktar…
Jiġi ikkonsagrat l-Oratorju tal-Kurċifiss f’Bormla1783

23 TA’ NOVEMBRU 1783

L-ewwel ġebla tal-Oratorju tal-Kurċifiss li jinsab maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, tqegħdet f’Diċembru tal-1731, mill-Isqof ta’…
Tiġi kkonsagrata l-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla 1732

25 TA’ MEJJU 1732

Ix-xogħol fuq il-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla li naraw illum beda lejn l-aħħar tas-seklu 17 iżda…

Filter

IT-TARZNA TA’ MALTA

Mit-Tarzna tal-Ordni sal-ewwel baċiri bla ilma mibnija f’nofs is-seklu 19, id-Daħla tal-Franċiżi dejjem kienet is-sit…

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IS-SWAR TAL-KOTTONERA

Content preparation about this location is currently in progress and will be updated soon

L-ORATORJU TAL-FRATELLANZA TAL-KURĊIFISS, BORMLA

Il-proporzjonijiet, it-tiżjin skolpit, kif ukoll il-fided u l-opri tal-arti jagħmlu lil dan l-oratorju wieħed mill-ifjen…

IL-KONSERVATORJU U L-KNISJA TA’ SAN ĠUŻEPP, BORMLA

Fis-seklu 17, dan kien orfanatrofju għat-tfajliet foqra. Illum il-konservatorju huwa dar tal-anzjani.

IL-KNISJA TROGLODITA, BORMLA

Imħaffra fil-blat u midfuna għal sekli sħaħ, din il-knisja taħt l-art ġiet skoperta mill-ġdid b’kumbinazzjoni…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS

Avvenimenti li ġejjin

Jinfetaħ uffiċjalment iċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva 2016

28 T’OTTUBRU 2016

Jiġi inawgurat il-proġett tal-Baċir numru 12014

27 TA’ AWWISSU 2014

Qniepen ġodda għat-torri tal-arloġġ tal-Mużew Marittimu2011

13 TA’ ĠUNJU 2011

TRAILS