Il-PALAZZ TAL-INKWIŻITUR, IL-BIRGU

Il-faċċata prominenti tal-Palazz tal-Inkwiżitur tiddomina t-triq li twassal mid-daħla storika għall-pjazza ewlenija tal-Birgu, il-belt marittima li ngħatat l-isem Vittoriosa bħala tifkira tar-rebħa tal-Assedju l-Kbir fl-1565. Din il-ġawhra ta’ binja hija mogħnija bi spazji labirintużi, xhieda ta’ mijiet ta’ snin ta’ tibdil strutturali u kif ukoll stili arkitettoniċi differenti.

Il-binja preżenti tinkludi elementi li jmorru lura sa qabel il-wasla tal-Ordni fl-1530.  Fil-fatt, il-Magnia Curia Castellania (il-qorti ċivili) li nbena fuq parti min dan is-sit ftit wara l-1530 jirrifletti t-taqsim u jinkorpora diversi ħitan ta’ dar b’bitħa bil-qalba tagħha, tipika tal-Medjuevu tardiv. Wara t-trasferiment tal-kwartieri tal-Ordni għall-Belt Valletta fl-1571, il-binja sfat battala, iżda mbagħad ingħatat lill-Uffiċċju tal-Inkwiżizzjoni fl-1574. Din kienet ferm iżgħar mill-Palazz tal-lum, tant li kienet tokkupa biss il-kantuniera tal-majjistral tiegħu. Is-sidien il-ġodda dlonk imbarkaw fuq programm ta’ tkabbir u tibdil strutturali sabiex jiġu akkomodati l-ħtiġijiet tal-Uffiċċju tal-Inkwiżizzjoni u tad-delegazzjoni Appostolika. Għaldaqstant, il-proprjetajiet kollha li kienu jinsabu fuq il-firxa preżenti tal-Palazz inxtraw sas-snin ħamsin tas-seklu sbatax.

Fl-istess waqt, l-inkwiżituri rispettivi nedew numru ta’ proġetti ta’ tisbiħ sabiex jibdlu l-partijiet pubbliċi u residenzjali tal-kumpless f’palazz tipiku Ruman. Dan il-pjan ingħata mbuttatura ġmielha fi żmien l-Inkwiżitur Francesco Stoppani, li qabbad lill-Arkitett Romano Carapecchia u xpruna l-aktar proġett strutturali determinanti matul l-1733 u l-1734. Il-parti l-kbira tas-sular ta’ fuq żdiedet wara.

F’Malta, l-inkwiżituri kellhom responsabbiltajiet oħra minbarra t-tmexxija tal-istess uffiċċju. Huma kienu jservu wkoll ta’ delegati appostoliċi (illum magħrufa bħala nunzji). Dawn tal-aħħar kienu ġew introdotti mill-Papa Girgor XIII (1572-1585) sabiex isegwu l-implimentazzjoni tal-Kontro Riforma. Bħala nunzji, l-inkwiżituri kienu jikkordinaw il-ħidma bejn is-Sant Uffiċċju u l-Gvern tal-Ordni. L-istess inkwiżituri f’Malta kienu fdati wkoll bit-tmexxija tal-uffiċċju tar-Reveranda Fabbrica di San Pietro, l-istituzzjoni responsabbli mill-bini tal-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. L-inkwiżituri ta’ Malta kienu jieħdu sehem attiv ukoll fir-rahan tal-ilsiera minn artijiet Musulmani u fl-espedizzjonijiet missjunarji fil-Lvant u fl-Afrika ta’ Fuq.

L-inkwiżituri kollha li servew f’Malta kienu ġejjin minn familji tat-tajjeb minn Ruma jew bliet ewlenin oħra tal-Italja. Huma kienu jkunu pjuttost żgħar. Spiss, dan l-inkarigu kien ikun wieħed minn tal-ewwel fil-karriera tagħhom, tant li ħafna minnhom kienu jingħataw ħatriet prestiġġjużi wara l-ħidma  f’Malta. Biżżejjed jiġi nnutat li 25 mill-61 persuna li ngħataw l-Uffiċċju ta’ inkwiżitur f’Malta ġew appuntati kardinali, filwaqt li tnejn oħra laħqu papiet. Dawn tal-aħħar huma Alessandru VII (1655-1667) u Innocent XII (1691-1700).

Wara l-abolizzjoni tal-Inkwiżizzjoni Rumana minn Malta fl-1798, il-Palazz tal-Inkwiżitur serva bħala residenza tal-Kmandant Franċiż tad-Distrett tal-Kottonera bejn l-1798 u l-1800. Wara, dan beda jintuża bħala akkomodazzjoni għall-uffiċċjali Ingliżi u kif ukoll bħala sptar militari. Eventwalment, dan ġie dekomissjonat fl-1900, filwaqt li fl-1926, waqa’ f’idejn l-awtoritajiet tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Ftit wara ngħata bidu għall-proġett ta’ restawr li wassal għall-ftuħ tiegħu bħala dar storika. Madankollu, dan kellu jingħalaq ftit tas-snin wara peress li l-Patrijiet Dumnikani ġew akkomodati fih wara li l-kunvent u l-knisja tagħhom iġġarrfu bil-bumbardamenti tal-għadu fl-1942. Dan reġa’ lura għand id-Dipartiment tal-Mużewijiet fil-bidu tas-snin sittin, u nfetaħ mill-ġdid għall-pubbliku fl-1966.

Illum, il-Palazz tal-Inkwiżitur joffri esperjenza partikolari. Din tinqasam fil-parti domestika u tal-kċina, il-piano nobile (li jinkludi s-swali ewlenin u l-kwartieri residenzjali), u l-faċilitajiet tas-Sant Uffiċċju (sewwasew it-tribunal, il-kamra tat-tortura u l-ħabs). Is-swali tal-Palazz joffru wkoll ħarsa lejn l-influwenza tal-Inkwiżizzjoni Rumana fuq it-tiswir tal-kultura reliġjuża fil-gżejjer Maltin.

FILMATI

RITRATTI

Filter

JUAN BAUTISTA AZZOPARDO

Juan Bautista Azzopardo, imwieled l-Isla fl-1772, kien perit u privat navali ta’ suċċess li aktar…

EMMANUEL DE ROHAN

Emmanuel de Rohan was born in la Mancha, Spain on 18 April 1725. His father…

VINCENZO LABINI

Vincenzo Labini, born in Bitonto, Italy in 1735, was appointed Bishop of Malta in 1780…

PAUL ALPHÉRAN DE BUSSAN

Paul Alphéran de Bussan became Bishop of Malta in 1728-1757. He was instrumental in building…

GIAN FRANCESCO ABELA

Gian Francesco Abela, born in Birgu, was a distinguished priest, historian, and vice-chancellor of the…

MIGUEL JERÓNIMO DE MOLINA

Miguel Jerónimo de Molina, born in Fortanete in 1638, served as Bishop of Malta from…

Filter

Jiġi ikkonsagrat l-Oratorju tal-Kurċifiss f’Bormla1783

23 TA’ NOVEMBRU 1783

L-ewwel ġebla tal-Oratorju tal-Kurċifiss li jinsab maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, tqegħdet f’Diċembru tal-1731, mill-Isqof ta’…
Imut il-Pittur Francesco Zahra1773

19 TA’ AWWISSU 1773

Huwa beda l-karriera artistika tiegħu bħala skultur fil-bottega ta’ missieru u aktar tard tħarreġ fil-pittura…
Jitwieled fl-Isla Juan Bautista Azopardo1772

19 TA’ FRAR 1772

Juan Bautista Azopardo kien privat u militari Malti li ġġieled taħt il-bnadar tal-Olanda, Spanja, u…
Imut l-Arċisqof Ferdinandu Mattei1761

14 TA’ LULJU 1761

Ferdinandu Mattei sar Isqof tad-Djoċesi ta’ Malta fil-15 ta’ Mejju 1808
Titqiegħed l-ewwel ġebla tal-Knisja tal-Kapuċċini iddedikata lil Santa Barbara1736

18 TA’ ĠUNJU 1736

Fit-18 ta’ Ġunju 1736, l-Isqof Paolo Alpheran de Bussan poġġa l-ewwel ġebla tal-Knisja tal-Kapuċċini ddedikata…
Saret ċerimonja biex timmarka l-bidu tal-bini tal-Kunvent tal-Kappuċċini1736

26 T’APRIL 1736

Il-pjanti tal-Knisja u tal-Kunvent tal-Kapuċċini fil-Kalkara saru mill-Kapuċċin Patri Ġużepp mill-Isla.

Filter

IL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-MADONNA TAL-KARMNU, IL-BIRGU

Il-Fratellanza tal-Galeri, stabbilita f’din il-knisja, kienet torganizza l-Purċissjoni s-Sewda bil-parteċipazzjoni ta’ lsiera jkaxkru ktajjen tqal…

IL-KNISJA TAT-TWELID TAL-MADONNA FIL-FORTI SANT’ANĠLU, IL-BIRGU

Imħaffra fil-blat, din kienet il-knisja parrokkjali oriġinali għan-nies tal-Kottonera u huwa maħsub li twaqqfet mill-Konti…

L-ORATORJU TAL-KURĊIFISS, IL-BIRGU

Żur din il-kappella tal-Fratellanza tal-Kurċifiss biex tara sitt vari tal-Ġimgħa l-Kbira u l-iskultura ta’ Kristu…

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IS-SWAR TAL-KOTTONERA

Content preparation about this location is currently in progress and will be updated soon

IL-COLLACHIO, IL-BIRGU

Dan kien l-isem li ngħata l-inħawi fil-Birgu fejn kien hemm il-binjiet uffiċjali tal-Ordni, bħas-Sagra Infermerija,…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS

Avvenimenti li ġejjin

Il-Patrijiet Dumnikani jiġu fil-Birgu1528

4 TA’ FRAR 1528

Titqiegħed l-ewwel ġebla ta’ Forti San Mikiel fl-Isla1552

8 TA’ MEJJU 1552

Imut il-Gran Mastru La Sengle1557

18 T’AWWISSU 1557

TRAILS