IL-MUŻEW MARITTIMU TA’ MALTA

Mal-medda taż-żmien, il-baħar assuma rwoli differenti. Dawn varjaw minn xkiel għal mezz ta’ komunikazzjoni, u minn riżorsa għal theddida. Il-qalba minn sitwazzjoni għal oħra spiss kienet tkun xprunata minn żviluppi teknoloġiċi jew tibdil fl-andament tal-ħajja fir-reġjun. Kienet x’kienet is-sitwazzjoni, din dejjem ħalliet impatt fuq il-Gżejjer Maltin. Bħala artijiet tal-baħar, Malta u Għawdex esperjenzaw storja ferm movimentata u ta’ rilevanza ferm akbar mid-daqs ġeografiku tagħhom kif spjegat fin-narrattiva tal-Mużew Marittimu ta’ Malta.

Dan il-mużew jokkupa waħda mill-binjiet ewlenin fix-Xatt tal-Birgu, sewwasew il-fran tal-Flotta Rjali. Il-pjanti tħejjew mill-Perit Ingliż William Scamp, filwaqt li l-bini sar bejn l-1842 u l-1845. Din il-binja ħadet post l-arsenal (tarzna) tal-Ordni ta’ San Ġwann. Is-sit huwa ferm vantaġġjuż għall-fatt li jinsab fil-konfini tal-Victualing Yard, li kienet tissuplixxi l-ikel, il-ħwejjeġ u l-provvisti kollha neċessarji sabiex il-Flotta Rjali taħdem bl-aħjar mod. Bid-differenza ta’ bini ieħor tal-epoka, dan il-kumpless ta’ fran jinkorpora diversi elementi strutturali tal-ħadid, fosthom kolonni u travi.

L-ewwel furnata saret f’April tal-1845. Dan il-kumpless jinkludi xejn anqas minn 12-il-forn u kellu l-kapaċità jipproduċi 14,000 kilo ta’ ħobż u galletti kuljum bil-għan li jitma l-flotta tal-Mediterran kollha fi ħdan il-Flotta Rjali. Il-‘bakery’, kif magħruf man-nies tal-lokal, baqgħet topera għal aktar minn seklu, sewwasew sas-snin 50 tas-seklu 20. Wara, parti mill-kumpless kien użat bħala għassa tal-Pulizija tat-Tarzna. Eventwalment, dan il-kumpless għadda f’idejn l-awtoritajiet ċivili wara l-għeluq tal-bażi militari f’Malta fl-1979.

Il-Mużew Marittimu fetaħ il-bibien tiegħu għall-ewwel darba fl-1992. Mas-snin, dan kompla jiġi mkabbar u modernizzat. Il-wirja preżenti tagħti ħarsa lejn diversi aspetti, fosthom it-tbaħħir fiż-żminijiet bikrin, l-attività marittima matul il-ħakma tal-Ordni u tal-Ingliżi, it-taqbida sabiex jiġu mkeċċija l-Franċiżi minn Malta, l-inġinerija tal-baħar u d-dgħajjes tradizzjonali.

Minkejja li Malta kienet ġiet integrata fir-rotot ewlenin tal-Mediterran minn żmien il-ħakma tal-Feniċi fit-8 seklu QK, kien biss bil-wasla tal-Ordni fl-1530 li evolviet f’qawwa navali. Il-flotta tal-Ordni kienet kumplimentata minn numru ta’ bastimenti merkantili u kif ukoll minn diversi bċejjeċ taħt it-tmexxija ta’ baħrin mill-aktar qalbiena. Dawn kienu t’importanza kbira għas-sopravvivenza tal-Ordni f’Malta u kif ukoll għall-ġarr tal-ikel u provvisti oħra għall-għajxien tal-popolazzjoni dejjem tikber. Fil-fatt, l-Ordni kienet tagħmel minn kollox sabiex iżżomm is-supremazija fiċ-ċentru tal-Mediterran, u l-parti l-kbira tal-flotta kbira tagħha, b’mod partikulari l-bastimenti tal-gwerra tas-seklu 18, kienu jiġu mpenġija kif juru uħud mill-pitturi dettaljati li kienu jappartjenu għall-iskola navali u li issa jinsabu għall-wiri.

Imbagħad, it-twaħħid mal-Gran Brittanja fil-bidu tas-seklu 19 ġab mewġa ġdida ta’ investiment strutturali fil-port. Il-baċiri ġew imkabbra bil-qawwi, inbnew faċilitajiet ġodda għall-ħażna, filwaqt li nħolqu diversi faċilitajiet oħra anċillari bħall-isptar navali ta’ Bighi.

Il-faċilitajiet tal-port kienu jeħtieġu manutenzjoni speċjalizzata u kontinwa. Fil-fatt, dan il-mużew jinkludi l-magna ġganteska tal-bastiment Anadrian li nbena fis-snin 50 tas-seklu 20 u li kien intuża għat-tindif tal-port mill-fdalijiet tal-opri li ntilfu matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-viżitaturi jistgħu jaraw ukoll numru ta’ artifatti eċċezzjonali fosthom l-akbar ankra Rumana li qatt instabet, l-eqdem ex-voto fil-Gżejjer Maltin, l-akbar kollezzjoni ta’ kanuni f’Malta u l-pulena Napoljonika tal-bastiment HMS Hibernia.

FILMATI

RITRATTI

Filter

LOUIS SHICKLUNA

Louis Shickluna, imwieled l-Isla fl-1808, kien bennej tal-vapuri prominenti fil-Kanada, magħruf għall-vapuri ta’ kwalità għolja…

ANDREA DEBONO

Andrea Debono, imwieled l-Isla fl-1821, kien esploratur u negozjant Malti li sar l-ewwel Ewropew li…

CHARLES CLEWS

Charles Clews twieled f’ Settembru 1919, it-tifel ta’ William George Clews u Mary Scerri.

JUAN BAUTISTA AZZOPARDO

Juan Bautista Azzopardo, imwieled l-Isla fl-1772, kien perit u privat navali ta’ suċċess li aktar…

TURGUT REIS DRAGUT

Turgut Reis Dragut was a renowned Ottoman naval commander and admiral who lived in the…

SIR ALEXANDER JOHN BALL

Sir Alexander John Ball, born in 1757 in Gloucestershire, England, served as the Governor of…

Filter

Jiġi inawgurat il-proġett tal-Baċir numru 12014

27 TA’ AWWISSU 2014

L-inħawi fejn illum insibu il-Baċir numru 1, fi żmien il-Kavallieri kienu magħrufa bħala l-Porto delle…
Qniepen ġodda għat-torri tal-arloġġ tal-Mużew Marittimu2011

13 TA’ ĠUNJU 2011

Waqt ċerimonja fit-13 ta’ Ġunju 2011, ġew inawgurati u mbierka sett qniepen taż-żmien li ġew…
L-Um El Faroud jiġi mgħerreq1998

2 TA’ SETTEMBRU 1998

L-Um El Faroud, tanker Libjan, kien inbena 26 sena qabel fl-Ingilterra u kien iġorr il-fjuwil…
Inawgurat monument f’ġieħ il-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna1992

14 T’APRIL 1992

Waqt ċerimonja li saret fit-Tarzna nhar it-Tlieta, 14 ta’ April 1992, ġie inawgurat monument lil-ħaddiema…
L-Ingliżi jitilqu minn Malta 1979

31 TA’ MARZU 1979

Fil-31 ta’ Marzu 1979, l-aħħar stakkament li kien fadal tal-Forzi Brittaniċi ħareġ mill-Forti Sant’Anġlu lejn…
Sar it-trasferiment tal-flagship mill-HMS St Angelo għal HMS London1956

12 TA’ MARZU 1979

Peress li fil-31 ta’ Marzu 1979, il-bażi militari Ingliża f’Malta kienet se tagħlaq, it-trasferiment tal-bastiment…

Filter

ESPLORA, IĊ-ĊENTRU INTERATTIV TAX-XJENZA F’BIGHI, IL-KALKARA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-MUŻEW TA’ MALTA FIL-GWERRA, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-MUŻEW MARITTIMU TA’ MALTA

Dan il-mużew, li jixħet dawl fuq in-natura globali tat-tbaħħir u l-impatt tiegħu fuq il-kultura u…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 18:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 18:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS