L-ORATORJU TAL-FRATELLANZA TAL KURĊIFISS, BORMLA

Il-kult tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu ħa spinta kbira fil-Kottonera matul l-ewwel snin tas-seklu 18. Dan jidher b’mod partikolari fil-kisbiet tal-Fratellanzi tal-Kurċifiss fi ħdan il-parroċċi tal-Birgu, tal-Isla u ta’ Bormla rispettivament. L-istess bħal fil-każ tal-Birgu u tal-Isla, il-Fratellanza tal-Kurċifiss ta’ Bormla, li taf il-bidu tagħha fl-1647, ħadet ħsieb tibni Oratorju għaż-żamma tal-laqgħat tal-membri u kif ukoll għall-irfiegħ tal-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira u oġġetti relatati. Dan l-Oratorju jinsab fuq in-naħa tat-tramuntana u għandu aċċess mill-knisja parrokkjali, anke jekk id-daħla ewlenija tiegħu tinsab fi Triq l-Oratorju.

L-ewwel ġebla tqiegħdet f’Diċembru tal-1731 mill-Isqof Paolo Alpheran de Bussan. Id-disinn sar mill-arkitett Giacomo Bianco bl-għajnuna ta’ Michele u Silvestro Cachia, filwaqt li x-xogħol tmexxa mill-kapumastru Paolo Cachia. Tlesta f’Lulju 1735, iżda l-konsagrazzjoni tiegħu saret mill-Isqof Vincenzo Labini fit-23 ta’ Novembru 1783.

Il-Faċċata

L-entratura ewlenija minn Triq L-Oratorju tinsab mal-ħajt tal-ġenb tal-Oratorju u hija mmarkata permezz ta’ bieb imżejjen bi skultura mirquma u b’medaljun li jġib fuqu x-xbieha tal-kurċifiss. Il-bqija tal-ħajt li jagħti fuq l-istess triq hu minfud minn numru ta’ twieqi u minn bieb żgħir li jagħti għall-kripta li tinsab taħt l-Oratorju. Din kienet tintuża għad-dfin tal-fratelli. Insibu wkoll statwa tad-Duluri fuq kolonna u kampnar żgħir.

Minn Ġewwa

Il-proporzjonijiet, dekorazzjoni skultorja u kif ukoll l-opri tal-arti li jħaddan jagħmlu dan l-Oratorju wieħed mill-ifjen eżempji f’Malta tal-arti Barokka. Fost l-elementi li jispikkaw l-aktar hemm il-prospettiva tal-artal maħduma fl-irħam minn Gio Antonio Nicolas, il-kwadru titulari, is-sopra kwadru u żewġ lunetti mpittra minn Francesco Zahra, l-arma tal-Isqof Alpheran de Bussan, u l-katedra, is-sedili u l-pulptu tal-injam. Dawn tal-aħħar kienu jintużaw għal-laqgħat tal-fratelli. Daqstant  interessanti huma l-istatwi ta’ Kristu fl-Ort u ta’ Kristu fflaġellat, xogħol Pierto Paolo Zahra, u tar-Redentur u ta’ Kristu Inkurunat bix-Xewk xogħol Francesco Fabri.

Is-sofistikazzjoni artistika ta’ dan l-ispazju ssir aktar imponenti matul il-festi, meta l-Oratorju jiġi armat b’kollezzjoni ta’ xogħlijiet fil-fidda mill-aktar imponenti. Dawn jinkludu l-lampier, xogħol Giuseppe Guinaud, u l-ventartal maħdum mid-ditta Ghezzi ta’ Milan fuq disinn ta’ Abraham Gatt u mudell tal-injam ta’ Francesco Ellul.

Dati Ewlenin

1647: twaqqif tal-Fratellanza tal-Kurċifiss fil-Parroċċa ta’ Bormla

1731-5: bini tal-Oratorju

1739: bdil tal-kwadru titulari mal-pittura preżenti ta’ Francesco Zahra

1759: tqegħid tal-istatwa tad-Duluri mal-faċċata, xogħol Gaetano Fabri

1768: tqegħid tal-prospettiva tal-irħam bi spiża ta’ 1,500 skud

1783: konsagrazzjoni tal-Oratorju

1878: tlestija tal-Istatwa ta’ Kristu fl-Ort minn Karlu Darmanin

1897: bdil tal-istatwa tad-Duluri fil-faċċata ma’ kopja li kienet tinsab fiċ-ċimiterju ta’ Sqaq l-Erwieħ, Bormla

RITRATTI

Filter

FRANCESCO ZAHRA

Francesco Zahra jista’ jiġi deskritt bħala l-aktar artist importanti Malti tas-seklu tmintax

VINCENZO LABINI

Vincenzo Labini, born in Bitonto, Italy in 1735, was appointed Bishop of Malta in 1780…

PAUL ALPHÉRAN DE BUSSAN

Paul Alphéran de Bussan became Bishop of Malta in 1728-1757. He was instrumental in building…

Filter

Jiġi ikkonsagrat l-Oratorju tal-Kurċifiss f’Bormla1783

23 TA’ NOVEMBRU 1783

L-ewwel ġebla tal-Oratorju tal-Kurċifiss li jinsab maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, tqegħdet f’Diċembru tal-1731, mill-Isqof ta’…
Imut il-Pittur Francesco Zahra1773

19 TA’ AWWISSU 1773

Huwa beda l-karriera artistika tiegħu bħala skultur fil-bottega ta’ missieru u aktar tard tħarreġ fil-pittura…

Filter

IT-TARZNA TA’ MALTA

Mit-Tarzna tal-Ordni sal-ewwel baċiri bla ilma mibnija f’nofs is-seklu 19, id-Daħla tal-Franċiżi dejjem kienet is-sit…

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IS-SWAR TAL-KOTTONERA

Content preparation about this location is currently in progress and will be updated soon

L-ORATORJU TAL-FRATELLANZA TAL-KURĊIFISS, BORMLA

Il-proporzjonijiet, it-tiżjin skolpit, kif ukoll il-fided u l-opri tal-arti jagħmlu lil dan l-oratorju wieħed mill-ifjen…

IL-KONSERVATORJU U L-KNISJA TA’ SAN ĠUŻEPP, BORMLA

Fis-seklu 17, dan kien orfanatrofju għat-tfajliet foqra. Illum il-konservatorju huwa dar tal-anzjani.

IL-KNISJA TROGLODITA, BORMLA

Imħaffra fil-blat u midfuna għal sekli sħaħ, din il-knisja taħt l-art ġiet skoperta mill-ġdid b’kumbinazzjoni…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS