IL-KNISJA U L-MONASTERU TA’ SANTA SKOLASTIKA, IL-BIRGU

Il-Monasteru tas-Sorijiet Benedittini jaf il-bidu tiegħu għall-ewwel snin tal-ħakma tal-Ordni ta’ San Gwann. Dan kien iservi bħala Sptar tal-Ordni (Sacra Infermeria), u beda jinbena  fi żmien il-Gran Mastru Philippe Villiers de L’Isle Adam. Parti sostanzjali miIl-ġebel inqata’ mis-sit stess u meta tlesta l-bini, l-istess barriera ġiet mibdula f’ġiebja. Fl-1538, dan l-isptar tkabbar, iżda xorta ma kellux il-kapaċità meħtieġa sabiex jakkomoda l-midruba kollha waqt ix-xhur imdemmija tal-Assedju l-Kbir.

Wara t-trasferiment tal-isptar għall-Belt Valletta fl-1575, il-binja għamlet snin mingħajr użu sinifikanti. Għaldaqstant, is-sorijiet Benedittini talbu għat-trasferiment tal-monasteru tagħhom mill-palazz l-antik tal-Gran Mastru fil-Birgu għal din il-binja spazzjuża. Il-Kunsill tal-Ordni aċċetta, u ġew imwettqa diversi xogħlijiet strutturali qabel ma beda jintuża bħala monasteru fl-1652.

Il-binja li nsibu llum hija taħlita ta’ arkitettura Medjevali tardiv, Rinaxximentali u Barokka.

Il-Knisja ta’ Sant’Anna

Il-kumpless tal-Monasteru jinkludi l-Knisja ta’ Sant’Anna. Din inbniet fis-seklu 17 fuq pjanta ta’ Lorenzo Gafà. L-ewwel ġebla tqegħdet fis-7 ta’ Mejju 1679 mill-Isqof Jerónimo de Molina u ġiet imbierka u miftuħa uffiċjalment fl-14 ta’ Lulju 1680 mill-Vigarju Ġenerali Ludoviko Famucelli. Il-kampnar inbena fl-1694, filwaqt li fl-1748, tkabbar il-presbiterju u saru xi tiswijiet. Eventwalment, l-lsqof Vincenzo Labini kkonsagraha fid-29 ta’ Settembru 1787.

Il-Faċċata

Il-faċċata hija maqsuma fi tliet bajjiet. Oriġinarjament, il-bieb ewlieni kien jintlaħaq permezz taz-zuntier imtarraġ. Dan tneħħa fl-aħħar tas-seklu 19. Ħsara oħra seħħet matul il-ħakma tal-Franċiżi meta l-iskudetti eraldiċi ġew minġura. Il-faċċata hija minfuda minn ħamest itwieqi, ilkoll bil-gradi tal-ħadid tipiċi tal-monasteri tal-klawsura.

Minn Ġewwa

L-arkitettura tal-knisja hi Barokka. Fiha tliet artali u hi msaqqfa b’koppla. Il-prospettiva tal-artal maġġur hi mżejna b’pilastri Korinti u b’numru ta’ anġli. Fuq in-naħa ta’ wara tal-artal maġġur insibu kor imdaqqas, magħqud mal-knisja permezz ta’ tlett itwieqi.

Opri tal-Arti

Il-kwadru titulari hu xogħol ta’ Mattia Preti. Dan jirrapreżenta lil Sant’Anna flimkien mas-Sagra Familja, San Benedittu u Santa Skolastika. Kwadri tal-artali laterali jirrapreżentaw lil San Mikiel u l-Kunċizzjoni, u huma xogħol ta’ Rokku Buhagiar u Gian Nikola Buhagiar rispettivament. Is-sotto kwadri ta’ dawn iż-żewġ altari juru lid-Duluri u lil San Ġużepp, u huma xogħol Ġużeppi Calì. Fil-festa ta’ San Benedittu, il-fundatur tal-Ordni, il-knisja tiġi mżejna b’ħafna opri oħra, fosthom b’ventartali u b’kanopew irrakmat maħduma mill-istess sorijiet.

Dati Ewlenin:

1530-33: bini tal-Isptar tal-Ordni (Sacra Infermeria)

1575: trasferiment tal-Isptar tal-Ordni għall-Belt Valletta

1652: addattament tal-binja bħala monasteru

1798-1800:  trasferiment tas-sorijiet għall-Monasteru  tal-Imdina fuq ordni tal-ħakkiema Franċiżi

1940-44: trasferiment tas-sorijiet għall-Monasteru tal-Imdina minħabba l-periklu tal-gwerra

Filmati

Ritratti

Filter

JUAN BAUTISTA AZZOPARDO

Juan Bautista Azzopardo, imwieled l-Isla fl-1772, kien perit u privat navali ta’ suċċess li aktar…

EMMANUEL DE ROHAN

Emmanuel de Rohan was born in la Mancha, Spain on 18 April 1725. His father…

VINCENZO LABINI

Vincenzo Labini, born in Bitonto, Italy in 1735, was appointed Bishop of Malta in 1780…

PAUL ALPHÉRAN DE BUSSAN

Paul Alphéran de Bussan became Bishop of Malta in 1728-1757. He was instrumental in building…

GIAN FRANCESCO ABELA

Gian Francesco Abela, born in Birgu, was a distinguished priest, historian, and vice-chancellor of the…

MIGUEL JERÓNIMO DE MOLINA

Miguel Jerónimo de Molina, born in Fortanete in 1638, served as Bishop of Malta from…

Filter

Trattat bejn il-Gvern Malti u l-Ordni ta’ San Ġwann1998

5 TA’ DIĊEMBRU 1998

F’dan il-jum ġie ffirmat trattat bejn il-Gvern Malti u l-Ordni Sovrana ta’ Malta, fejn il-biċċa…
L-Ingliżi jitilqu minn Malta 1979

31 TA’ MARZU 1979

Fil-31 ta’ Marzu 1979, l-aħħar stakkament li kien fadal tal-Forzi Brittaniċi ħareġ mill-Forti Sant’Anġlu lejn…
Sar it-trasferiment tal-flagship mill-HMS St Angelo għal HMS London1956

12 TA’ MARZU 1979

Peress li fil-31 ta’ Marzu 1979, il-bażi militari Ingliża f’Malta kienet se tagħlaq, it-trasferiment tal-bastiment…
L-attakk tal-E-boats Taljani1941

26 TA’ LULJU 1941

Fil-għaxija tal-25 ta’ Lulju, in-Navy Taljana telqet minn Sqallija bi pjan li jiftħu parti mix-xibka…
Minn HMS Egmont għal HMS St Angelo1933

1 TA’ LULJU 1933

Il-Forti Sant’Anġlu ġie trasferit uffiċjalment lir-Royal Navy fit-8 ta’ Diċembru 1906. Erba’ snin wara, ġie…
Ir-Re Ġorġ V fil-Birgu1912

25 TA’ JANNAR 1912

Ir-Re Ġorġ V ma kienx barrani għal Malta. Meta kien żagħżugħ, serva għal ħafna snin…

Filter

IL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-MADONNA TAL-KARMNU, IL-BIRGU

Il-Fratellanza tal-Galeri, stabbilita f’din il-knisja, kienet torganizza l-Purċissjoni s-Sewda bil-parteċipazzjoni ta’ lsiera jkaxkru ktajjen tqal…

L-ORATORJU TAL-KANDLORA, L-ISLA

Dan l-oratorju fil-bidu kien ċimiterju għad-dfin tal-vittmi tal-pesta, imbagħad serva bħala knisja ddedikata lil Santu…

IL-KAPPELLA TA’ SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-KNISJA TA’ SAN NIKOLA FIL-FORTI RIKAŻLI, Il-KALKARA

Din il-knisja ġiet iddedikata lil San Nikola ta’ Bari b’tifkira tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner, li…

IL-KNISJA TA’ FEJN SABU S-SINJUR, IL-BIRGU

Is-sejba ta’ reċipjent misruq li kien fih osti kkonsagrati wasslet biex il-Patrijiet ta’ Santa Tereża…

IL-KNISJA U L-KUNVENT TA’ SIDTNA MARIJA TAL-PORTO SALVU, L-ISLA

Magħrufa wkoll bħala ta’ San Filep u llum id-dar ta’ komunità ta’ Patrijiet Sależjani, din…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS