IL-KNISJA TA’ SAN ĠWANN L-ELEMOŻINIER, BORMLA

Il-Knisja ta’ San Ġwann l-Elemożinier tinsab bejn il-linji tas-swar tal-Kottonera u ta’ Santa Margerita, sewwasew wara l-Kurtina ta’ San Ġwann u quddiem il-Bastjun ta’ San Ġwann l-Elemożinier rispettivament. Fil-fatt, l-inħawi huma msejħa ta’ San Ġwann t’Għuxa. Dan il-qaddis għex bejn l-556 u l-619, u kien Isqof u Patrijarka ta’ Lixandra. Hu baqa’ magħruf għall-karità li kien jagħmel, tant li l-kelma ‘t’għuxa’ jidher li ġiet imnebbħa mill-fatt li l-karità tiegħu kienet tagħti l-għajxien lil bosta.

Oriġinarjament, din il-knisja kienet aktar ‘il bogħod mit-tessut urban ta’ Bormla, iżda kellha tiġi mħatta u mibnija fil-post preżenti b’rabta mal-bini tal-linja tas-swar tal-Kottonera. Fl-istess waqt, din kellha l-arma ta’ Antonio Vulpano, Isqof ta’ Malta matul is-seklu 14, xhieda tal-qedem tal-knisja oriġinali. Il-lista tax-xogħlijiet tal-arti li kienu jinsabu fiha tinkludi statwa kbira tal-injam li sabet ruħha fil-Kappella tar-Relikwi ġewwa l-Konkatidral ta’ San Ġwann maż-żmien.

Il-knisja preżenti tmur lura għall-1682. Din inbniet grazzi għall-ġenerożitá tal-membru tal-Ordni ta’ San Ġwann, Fra Pietro Viany. Hu kien bena wkoll palazz żgħir maġenbha. Dan tal-aħħar ġarrab ħsarat estensivi mutul it-Tieni Gwerra Dinjija, u għaldaqstant inħatt.

Minn Barra

Il-kompożizzjoni u l-proporzjonijiet tal-faċċata huma eżempju eċċellenti tal-idjoma klassika. Dan joħroġ l-aktar fit-trattament tal-pilastri, l-entablatura u l-frontispizju trijangulari. Fl-istess waqt, il-gwarniċ hu rifless permezz ta’ faxxa mal-ħitan tal-ġnub u għaldaqstant il-volumetriċitá klassika hija enfasizzata aktar. L-ispazju ta’ bejn il-pilastri hu maqsum fi tliet partijiet, sewwasew bieb ċentrali u pannell kull naħa. Il-bieb għandu gwarniċ eleganti, filwaqt li l-ispazju ta’ fuqu huwa meħud minn panew ieħor b’riljiev ta’ salib tat-tmien ponot f’nofsu. Salib ieħor tat-tmien ponot jinsab fuq il-quċċata tal-frontispizju. Din il-knisja għandha wkoll zuntier ċkejken, filwaqt li l-ħitan tal-ġnub huma minfuda minn twieqi kbar.

Minn Ġewwa

Il-knisja għandha pjanta rettangulari u hija msaqqfa bi troll. Din kellha artal wieħed, però dan intilef mal-medda tas-snin. Dan l-artal kien armat b’titular u b’soprakwadru mpittra minn Mattia Preti. Illum, dawn jiffurmaw parti mill-wirja permanenti tal-MUŻA, il-mużew nazzjonali u komunitarju tal-arti. Kif mistenni, il-kwadru titulari juri lil San Ġwann l-Elemożinier liebes ta’ isqof u jqassam il-karità lill-foqra, filwaqt li s-soprakwadru juri lill-Missier Etern bil-globu f’idejh u mdawwar bil- puttini. Il-gwarniċ tat-titular jinkludi kuruna u żewġ palmiet, u jidher li l-pjan oriġinali kien jaħseb għal pittura oħra fuq kull naħa.

Dati Ewlenin

Seklu 14: bini tal-ewwel knisja ddedikata lil San Ġwann l-Elemożinier

1592: twaqqif tal-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien li kienet testendi sas-swar ta’ Santa Margerita u għaldaqstant kienet tinkludi lil din il-knisja u l-inħawi tagħha, sakemm imbagħad il-konfini parrokkjali reġgħu nbidlu bil-bini tas-swar tal-Kottonera

1682 bini tal-knisja preżenti u ta’ palazz

Is-snin 40 tal-20 seklu: tiġrif tal-palazz mill-bombi tal-għadu u tneħħija tal-fdalijiet tiegħu

1991, 2017: twettiq ta’ xogħlijiet ta’ restawr

RITRATTI

Filter

GIAN FRANCESCO ABELA

Gian Francesco Abela, born in Birgu, was a distinguished priest, historian, and vice-chancellor of the…

MATTIA PRETI

Mattia Preti, born in Taverna, Calabria, in 1613, was a major Italian Baroque painter known…

LORENZO & MELCHIORRE GAFÀ

Melchiorre Gafa, a prominent sculptor, became one of Rome's leading artists in the 17th century…

Filter

IL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-MADONNA TAL-KARMNU, IL-BIRGU

Il-Fratellanza tal-Galeri, stabbilita f’din il-knisja, kienet torganizza l-Purċissjoni s-Sewda bil-parteċipazzjoni ta’ lsiera jkaxkru ktajjen tqal…

L-ORATORJU TAL-KANDLORA, L-ISLA

Dan l-oratorju fil-bidu kien ċimiterju għad-dfin tal-vittmi tal-pesta, imbagħad serva bħala knisja ddedikata lil Santu…

IL-KAPPELLA TA’ SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-KNISJA TA’ SAN NIKOLA FIL-FORTI RIKAŻLI, Il-KALKARA

Din il-knisja ġiet iddedikata lil San Nikola ta’ Bari b’tifkira tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner, li…

IL-KNISJA TA’ FEJN SABU S-SINJUR, IL-BIRGU

Is-sejba ta’ reċipjent misruq li kien fih osti kkonsagrati wasslet biex il-Patrijiet ta’ Santa Tereża…

IL-KNISJA U L-KUNVENT TA’ SIDTNA MARIJA TAL-PORTO SALVU, L-ISLA

Magħrufa wkoll bħala ta’ San Filep u llum id-dar ta’ komunità ta’ Patrijiet Sależjani, din…