IL-KNISJA PARROKKJALI TA’ SAN ĠUŻEPP, IL-KALKARA

Lejn l-aħħar tas-seklu 19, il-popolazzjoni tal-Kalkara żdiedet sew u l-Knisja tas-Salvatur, li sa dak iż-żmien kienet taqdi l-ħtiġijiet spiritwali tagħhom, saret żgħira wisq. Għalhekk, fit-23 ta’ Awwissu 1884, l-Isqof Carmelo Scicluna laqa’ t-talba tal-Kalkariżi għall-bini ta’  knisja ġdida fuq art mogħtija minn Fortunato Gulia. Il-pjanti saru minn Walter Attard, u l-ewwel ġebla tqiegħdet fit-22 ta’ Ġunju 1890 mill-istess Isqof. Ix-xogħol tal-bini tlesta fi ftit snin u nhar l-10 ta’ Diċembru 1897, l-Arċisqof Pietru Pace ħareġ id-digriet li permezz tiegħu l-Kalkara nqatgħet mill-Parroċċa tal-Birgu u saret parroċċa distinta taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp.

Ħsarat Irreparabbli

Din il-knisja ġiet ikkonsagrata mill-Arċisqof Mauro Caruana fit-30 ta’ Jannar 1921. Imbagħad, fl-1 ta’ Lulju 1923, l-istess Arċisqof qiegħed l-ewwel ġebla tal-kampnar, filwaqt li ġew ikkummissjonati diversi opri tal-arti sabiex iżejnuha. Madankollu, id-destin ma kienx ħanin magħha. Fl-10 ta’ April 1942, il-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara ntlaqtet mill-bumbardamenti tal-għadu u ġarrbet ħsarat kbar. Il-lista tat-telfiet kienet tinkludi l-istatwa titulari ta’ San Ġużepp.

Il-Knisja Preżenti

Wara l-gwerra, ħafna wrew ix-xewqa li l-knisja l-ġdida tinbena f’post aktar prominenti.  Għaldaqstant, l-Arċisqof Mikiel Gonzi xtara biċċa art qrib ix-xatt u rregalaha lill-Parroċċa tal-Kalkara. Il-pjanta saret minn Vincenzo Bonello u Ġużè D’Amato u l-ewwel ġebla tbierket mill-Arċisqof Gonzi f’Ottubru tal-1946. Ix-xogħol mexa b’ritmu tajjeb, tant li t-tberik u l-inawgurazzjoni saru fis-7 ta’ Settembru 1952. L-istess Arċisqof, imbagħad, ikkonsagraha fit-12 ta’ Diċembru 1954, filwaqt li l-koppla ġiet inawgurata  fit-30 ta’ Ġunju 1962.

Il-Faċċata

Il-faċċata hija maqsuma fi tliet bajjiet u għandha bieb f’kull bajja. Il-bajja ċentrali għandha żewġ livelli, sewwasew portiku bil-kolonni u gallarija miftuħa rispettivament. Din tkompli tieħu dehra aktar arjuża grazzi għal frontispizju trijangolari li jinsab fl-ogħla parti u għall-fatt li l-bajjiet tat-truf jaslu biss sal-ewwel livell. Il-monumentalità ta’ din il-faċċata hija kkumplimentata miz-zuntier u t-taraġ spazzjuż ta’ quddiemha. Il-pjanta oriġinali kienet tinkludi wkoll kampnar, però dan qatt ma nbena.

Il-Knisja Minn Ġewwa

Il-knisja għandha għamla ta’ salib Latin magħmul minn korsija, żewġ kappelluni u kor. Il-korsija hi maqsuma fi tliet bajjiet u għandha għadd ta’ kolonni doppji li jġorru fuqhom arċipjan. Fl-istess waqt, l-erba’ pilastri maġġuri jerfgħu l-koppla. It-tqassim tal-korsija hu rifless fin-navi tal-ġnub. Dawn huma kkumplimentati minn kappelli fil-ġnub tal-kor. Fil-knisja nsibu diversi xogħlijiet tal-irħam, fosthom l-artal maġġur, il-paviment, l-ambone u l-pulptu.

Opri tal-Arti

Fost ix-xogħlijiet tal-arti misjuba f’din il-knisja, insibu l-vara titulari u l-pedestall tagħha li saru fl-1948 minn Ferdinando Stuflesser ta’ Ortisei, u diversi kwadri mpittra minn Giuseppi Calì, Filippo Venuti, Attilio Palombi u Lazzaro Pisani fost oħajn.

Dati Ewlenin

1897: twaqqif tal-parroċċa tal-Kalkara

1942: ħsarat estensivi mill-bumbardamenti tal-għadu

1946: tberik tal-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida

1952: tlestija tal-bini tal-knisja l-ġdida

1954: konsagrazzjoni tal-knisja l-ġdida

1962: inawgurazzjoni tal-koppla

FILMATI

RITRATTI

LOUIS SHICKLUNA

Louis Shickluna, imwieled l-Isla fl-1808, kien bennej tal-vapuri prominenti fil-Kanada, magħruf għall-vapuri ta’ kwalità għolja…

GIOVANNI MATTEO RISPOLI

Giovanni Matteo Rispoli twieled l-Isla fl-1582, iben Giovanni Vincenzo u Caterina. Missieru kien impjegat bħala…

ANDREA DEBONO

Andrea Debono, imwieled l-Isla fl-1821, kien esploratur u negozjant Malti li sar l-ewwel Ewropew li…

CHARLES CLEWS

Charles Clews twieled f’ Settembru 1919, it-tifel ta’ William George Clews u Mary Scerri.

SUOR MARIA DE DOMENICIS

Maria De Domenicis twieldet il-Birgu fl-1645 ġewwa familja artistika. Il-familja De Domenicis ġiet Malta minn Napli.

VICTORIN GALEA

Imwielda f’ familja ta’ atturi ġewwa l-Isla, Vitorin bdiet turi interess fit-teatru minn eta’ żgħira…

Filter

Sar it-tberik u l-inawgurazzjoni tal-knisja l-ġdida tal-Kalkara1952

7 TA’ SETTEMBRU 1952

L-Arċisqof Mikiel Gonzi xtara biċċa art imdaqqsa qrib ix-xatt tal-Kalkara u rregalha lill- Parroċċa tal-Kalkara,…
Il-Kalkara ssir parroċċa taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp1897

10 TA’ DIĊEMBRU 1897

Bishop Carmelo Scicluna accepted a request to build a new church in Kalkara on a…
Titbierek l-ewwel ġebla tal-knisja l-antika tal-Kalkara 1890

22 TA’ ĠUNJU 1890

Ix-xogħol tal-bini tlesta fl-1895 u kkonsagrat mill-Arċisqof Mauro Caruana fit-30 ta’ Jannar 1921.

Discover more churches in this area

Filter

IT-TARZNA TA’ MALTA

Mit-Tarzna tal-Ordni sal-ewwel baċiri bla ilma mibnija f’nofs is-seklu 19, id-Daħla tal-Franċiżi dejjem kienet is-sit…

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IS-SWAR TAL-KOTTONERA

Content preparation about this location is currently in progress and will be updated soon

L-ORATORJU TAL-FRATELLANZA TAL-KURĊIFISS, BORMLA

Il-proporzjonijiet, it-tiżjin skolpit, kif ukoll il-fided u l-opri tal-arti jagħmlu lil dan l-oratorju wieħed mill-ifjen…

IL-KONSERVATORJU U L-KNISJA TA’ SAN ĠUŻEPP, BORMLA

Fis-seklu 17, dan kien orfanatrofju għat-tfajliet foqra. Illum il-konservatorju huwa dar tal-anzjani.

IL-KNISJA TROGLODITA, BORMLA

Imħaffra fil-blat u midfuna għal sekli sħaħ, din il-knisja taħt l-art ġiet skoperta mill-ġdid b’kumbinazzjoni…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS

Avvenimenti li ġejjin

Il-Patrijiet Dumnikani jiġu fil-Birgu1528

4 TA’ FRAR 1528

Titqiegħed l-ewwel ġebla ta’ Forti San Mikiel fl-Isla1552

8 TA’ MEJJU 1552

Imut il-Gran Mastru La Sengle1557

18 T’AWWISSU 1557

TRAILS