IL-KNISJA TA’ SAN ĠILJAN, L-ISLA

L-ewwel knisja ddedikata lil dan il-qaddis fil-peniżola tal-Isla tmur lura għall-1311. Din tat l-isem lill-istess peniżola li bdiet tissejjaħ l-Għolja ta’ San Ġiljan. Imbagħad, fl-1539, il-Kavallier u Inġinier militari tal-Ordni Fra Diego Perez De Malfreire, ħa ħsieb il-bini mill-ġdid ta’ din il-knisja. Kif mistenni, il-pjanta saret minnu stess. Kull ma jmur, il-popolazzjoni tal-Isla bdiet tiżdied u din il-knisja bdiet issir dejjem aktar frekwentata. Madankollu, il-milja tagħha ntlaħqet mal-Assedju l-Kbir, meta bdiet isservi bħala knisja sagramentali u post ta’ faraġ spiritwali għad-difensuri u għall-poplu tal-inħawi.  Dan wassal lill-Viżitatur Appostoliku Pietro Dusina sabiex jagħmilha Viċi-Parroċċa tal-Birgu fl-1575. Dan l-arranġament dam fis-seħħ sal-1581, meta nbniet il-knisja u ġiet imwaqqfa il-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni (ara: Il-Bażilika tat-Twelid tal-Madonna, l-Isla). Eventwalment, fl-1624, l-Isqof Baldassere Cagliares offra l-Knisja ta’ San Ġiljan lill-patrijiet Agostinjani. Dawn aċċettaw, iżda fi żmien sitt xhur reġa’ bdielhom u marru lura minn kelmthom.

Il-Knisja Tal-lum

Din il-knisja, bħal ħafna binjiet oħra fil-gżejjer Maltin, ġarrbet ħsarat sostanzjali matul it-terremot tal-1693, tant li fl-1699 ġie deċiż li tinbena mill-ġdid. Il-pjanta tħejjiet minn Lorenzo Gafà u x-xogħol beda mingħajr dewmien. Il-knisja l-ġdida tlestiet u nfetħet għall-qima fl-1712.

B’xorti tajba, din il-knisja ħelsitha ħafif matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan minkejja li ħafna mid-djar tal-madwar spiċċaw borġ ġebel.

Minn Barra

Il-faċċata ewlenija hija ddominata minn bieb kbir milħuq b’indana taraġ u bi gwarniċ prominenti u inkururat fi frontispizju. Eżatt fuqu hemm tieqa ċkejkna, filwaqt li l-quċċata tal-faċċata hija mżejna bi gwarniċun u frontispizju. Żewġ elementi oħra li jispikkaw huma l-istemma tal-Isqof Davide Cocco Palmeri fuq ir-riħ tal-bieb u l-pedestall u l-istatwa ta’ San Pawl fil-kantuniera ta’ fuq.

Minn Ġewwa

Il-ħila kbira ta’ Gafà timmanifesta ruħha b’mod evidenti fid-disinn tal-Knisja ta’ San Ġiljan. Dan jidher l-aktar fit-taqsim tal-pjanta, il-proporzjonijiet tal-pilastri u tal-gwarniċi, u kif ukoll l-immudellar tal-koppla ellittika. L-omoġenità tal-arkitettura hi kkumplimentata bl-altar maġġur u b’żewġ altari laterali. Tal-ewwel għandu prospettiva eleganti, filwaqt li l-pittura turi lil San Ġiljan liebes l-armatura, b’xena tas-swar tal-Port il-Kbir fl-isfond tiegħu u bil-kitba “Protegam Civitatem Istam” (Jien ser nipproteġi din il-Belt). Dan hu xogħol Giovanni Battista Bonomo. Il-kwadri tal-artali laterali huma ddedikati lill-Madonna tad-Duluri u lil San Vinċenz de Paul.

Il-Knisja ta’ San Ġiljan għandha wkoll gallerija tal-orgni.

Dati Ewlenin

1311: bini tal-ewwel knisja ddedikata lil San Ġiljan fil-peniżola tal-Isla

1539: bini mill-ġdid tal-knisja

1575-81: użu bħala Viċi-Parroċċa tal-Birgu

1693: tiġrib ta’ ħsarat konsiderevoli waqt it-terremot

1699: twaqqigħ tal-binja eżistenti

1712: tlestija tal-binja preżenti

1729: bini tal-kampnar fuq in-naħa ta’ Triq iż-Żewġ Mini

1868: tnaqqix tal-istatwa ta’ San Pawl li tinsab fil-faċċata

1943-7: żamma tal-istatwa tar-Redentur sakemm tlesta x-xogħol tar-restawr tal-Oratorju tal-Kurċifiss

2001: restawr estensiv tal-knisja minn ġewwa

2016: restawr estensiv minn barra

FILMATI

RITRATTI

Filter

GIOVANNI MATTEO RISPOLI

Giovanni Matteo Rispoli twieled l-Isla fl-1582, iben Giovanni Vincenzo u Caterina. Missieru kien impjegat bħala…

SUOR MARIA DE DOMENICIS

Maria De Domenicis twieldet il-Birgu fl-1645 ġewwa familja artistika. Il-familja De Domenicis ġiet Malta minn Napli.

VICTORIN GALEA

Imwielda f’ familja ta’ atturi ġewwa l-Isla, Vitorin bdiet turi interess fit-teatru minn eta’ żgħira…

SANTA EMILY DE VIALAR

Santa Emily de Vialar, imwielda fl-1797 f’Gaillac, Franza, waqqfet il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni…

SEBASTIANO CONCA

Sebastiano Conca, an Italian painter born in Gaeta in 1680, died in Naples in 1764.…

EMMANUEL DE ROHAN

Emmanuel de Rohan was born in la Mancha, Spain on 18 April 1725. His father…

Filter

Il-Kalkara ssir parroċċa taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp1897

10 TA’ DIĊEMBRU 1897

Bishop Carmelo Scicluna accepted a request to build a new church in Kalkara on a…
Titbierek l-ewwel ġebla tal-knisja l-antika tal-Kalkara 1890

22 TA’ ĠUNJU 1890

Ix-xogħol tal-bini tlesta fl-1895 u kkonsagrat mill-Arċisqof Mauro Caruana fit-30 ta’ Jannar 1921.
Jitwieled Ewġenju Borg fl-Isla1886

24 TA’ LULJU 1886

Eugenio Borg twieled f’dar fi Triq id-Duluri fl-Isla fl-24 ta’ Lulju 1886. Kien l-ewwel Superjur…
Jitwieled fil-Birgu Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi1885

13 TA’ MEJJU 1885

Il-Mons. Mikiel Gonzi twieled il-Birgu fit-13 ta’ Mejju 1885 u wara meta kellu ħames snin,…
Jitwieled l-artist Ġanni Vella1885

9 TA’ MEJJU 1885

Imwieled fid-9 ta’ Mejju, 1885, Bormla, Ġanni Vella beda l-vjaġġ artistiku tiegħu fl-ewwel snin tiegħu.
Twaqqfet fl-Isla is-Società Operaria Cattolica 1884

1 TA’ JANNAR 1884

Fl-1 ta’ Jannar 1884 twaqqfet fl-Isla l-ewwel Società Operaria Cattolica li tqegħdet taħt il-patroċinju ta’…

Filter

IL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-MADONNA TAL-KARMNU, IL-BIRGU

Il-Fratellanza tal-Galeri, stabbilita f’din il-knisja, kienet torganizza l-Purċissjoni s-Sewda bil-parteċipazzjoni ta’ lsiera jkaxkru ktajjen tqal…

L-ORATORJU TAL-KANDLORA, L-ISLA

Dan l-oratorju fil-bidu kien ċimiterju għad-dfin tal-vittmi tal-pesta, imbagħad serva bħala knisja ddedikata lil Santu…

IL-KAPPELLA TA’ SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-KNISJA TA’ SAN NIKOLA FIL-FORTI RIKAŻLI, Il-KALKARA

Din il-knisja ġiet iddedikata lil San Nikola ta’ Bari b’tifkira tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner, li…

IL-KNISJA TA’ FEJN SABU S-SINJUR, IL-BIRGU

Is-sejba ta’ reċipjent misruq li kien fih osti kkonsagrati wasslet biex il-Patrijiet ta’ Santa Tereża…

IL-KNISJA U L-KUNVENT TA’ SIDTNA MARIJA TAL-PORTO SALVU, L-ISLA

Magħrufa wkoll bħala ta’ San Filep u llum id-dar ta’ komunità ta’ Patrijiet Sależjani, din…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – SUNDAY: 8:00 – 20:00HRS

Avvenimenti li ġejjin

Il-Patrijiet Dumnikani jiġu fil-Birgu1528

4 TA’ FRAR 1528

Titqiegħed l-ewwel ġebla ta’ Forti San Mikiel fl-Isla1552

8 TA’ MEJJU 1552

Imut il-Gran Mastru La Sengle1557

18 T’AWWISSU 1557

Jean de Valette jintgħażel bħala Gran Mastru1557

21 T’AWWISSU 1557

TRAILS