IL-KNISJA U L-MONASTERU TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

L-ewwel knisja ddedikata lil Santa Margerita Verġni u Martri f’dawn l-inħawi nbniet fl-1563. Din kellha titwaqqa’ u tinbena mill-ġdid ftit metri bogħod bħala parti mit-twettiq tat-tieni fażi tal-proġett tas-Swar ta’ Santa Margerita fil-bidu tas-seklu 18. Għaldaqstant, l-Ordni allokat 400 skud u biċċa art għal dan il-għan. Il-kuntratt sar quddiem in-nutar Giocchino Grixti fil-21 ta’ Lulju 1719 u l-proġett tal-bini ġie fdat lil mastru Antonio Azzopardi. Dan tlesta fl-1720 u l-knisja l-ġdida ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Vincenzo Labini fit-28 ta’ Ottubru 1787. Fl-1856, imbagħad, inbena l-kampnar.

Il-Monasteru

Il-Monasteru jaf il-bidu tiegħu fis-sena 1726, meta żewġ saċerdoti xtraw dar biswit b’rabta mat-twaqqif tal-Konservatorju ta’ Ġesù u Marija għat-tfajliet li xtaqu jgħixu l-ispiritwalità Tereżjana. Fid-9 ta’ Novembru tal-istess sena, sitt tfajliet ingħaqdu f’dan il-Konservatorju taħt it-tmexxija tal-ewwel Superjura, Marija Madalena Purselli. L-għadd ta’ tfajliet imsieħba żdied f’qasir żmien u għalhekk inxtrat il-proprjetà tal-ġirien. Fl-istess waqt, il-Gran Mastru Antonio Manoel De Vilhena għamel tajjeb għax-xogħol strutturali. Dan il-Konservatorju sar Kunvent tas-Sorijiet tat-Terza Ordni Karmelitan Tereżjan bil-vot tal-klawsura fit-28 ta’ Ottubru 1731. Eventwalment, fit-12 ta’ Settembru 1739, l-istess Kunvent ġie dikjarat monasteru tat-Tieni Ordni Karmelitan Tereżjan u beda jissejjaħ il-Monasteru ta’ Santa Margerita.

Il-Faċċata

Il-faċċata tal-knisja hija mwaħħda ma’ dik tal-Monasteru, però tingħażel mill-bqija grazzi għall-portiku Barokk. Dan jikkonsisti f’arkata ċentrali u fetħa rettangulari fuq kull naħa, u għandu ħafna xebh mal-portiku tal-Knisja ta’ Santa Katerina fil-Belt Valletta. Il-binja mirquma tiegħu hija kkumplimentata miz-zuntier u mit-taraġ li jwassal għalih. Fl-istess waqt, il-kompożizzjoni pjuttost sempliċi ta’ din il-faċċata hija miksura wkoll mill-gwarniċar eleganti tal-bibien u tat-twieqi, u x-xogħol fil-ħadid tar-rixtellu u tat-twieqi.

Il-Knisja Minn Ġewwa

Il-knisja tikkonsisti f’navata msaqqfa bi troll bil-kustilji u għandha tliet artali. Il-maġġur juri l-Madonna bil-Bambin flimkien ma’ Santa Tereża ta’ Ġesu`, San Ġwann tas-Salib u Santa Margerita Verġni u Martri. Dan ġie mpitter minn Francesco Zahra fl-1758, u huwa kkumplimentat minn żewġ pitturi laterali, sewwasew rappreżentazzjoni ta’ San Ġużepp u ta’ San Franġisk ta’ Paola rispettivament. L-artali laterali huma ddedikati lill-Immakulata Kunċizzjoni u lil San Franġisk Saverju. Kif mistenni, il-ġenb tal-presbiterju hu mniffed ma’ kamra laterali permezz ta’ tieqa mdaqqsa. Din isservi ta’ kor għas-sorijiet. L-istess sorijiet jistgħu jidħlu wkoll fil-Knisja permezz ta’ waħda miż-żewġ galleriji li jinsabu fuq il-bieb. Il-gallerija l-oħra hija maħsuba għall-mużiċisti.

Dati Ewlenin

1563: bini tal-ewwel knisja ta’ Santa Margerita fl-inħawi

1714: twaqqigħ tal-ewwel knisja b’rabta mat-tkomplija tas-Swar ta’ Santa Margerita

1720: bini tal-knisja preżenti

1726: twaqqif tal-Konservatorju ta’ Ġesù u Marija

1731: twaqqif tal-Kunvent tas-Sorijiet tat-Terza Ordni Karmelitan Tereżjan bil-vot tal-klawsura

1739: twaqqif tal-Monasteru tas-Sorijiet tat-Tieni Ordni Karmelitan Tereżjan

1787: konsagrazzjoni tal-knisja

1940: relokazzjoni tas-sorijiet għand id-Dorotej l-Imdina minħabba l-perikli tal-gwerra

1944: ritorn tas-Sorijiet mill-Imdina

2000: proġett estensiv ta’ restawr u tqegħid tal-artal-mejda tal-irħam

FILMATI

RITRATTI

Filter

VINCENZO LABINI

Vincenzo Labini, born in Bitonto, Italy in 1735, was appointed Bishop of Malta in 1780…

Filter

Isir il-kuntratt għall-bini tal-knisja l-ġdida ta’ Santa Margerita f’Bormla1719

21 TA’ LULJU 1719

L-ewwel knisja żgħira ddedikata lil Santa Margerita Verġni u Martri f’Bormla kienet teżisti qabel is-sena…

Filter

IT-TARZNA TA’ MALTA

Mit-Tarzna tal-Ordni sal-ewwel baċiri bla ilma mibnija f’nofs is-seklu 19, id-Daħla tal-Franċiżi dejjem kienet is-sit…

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IS-SWAR TAL-KOTTONERA

Content preparation about this location is currently in progress and will be updated soon

L-ORATORJU TAL-FRATELLANZA TAL-KURĊIFISS, BORMLA

Il-proporzjonijiet, it-tiżjin skolpit, kif ukoll il-fided u l-opri tal-arti jagħmlu lil dan l-oratorju wieħed mill-ifjen…

IL-KONSERVATORJU U L-KNISJA TA’ SAN ĠUŻEPP, BORMLA

Fis-seklu 17, dan kien orfanatrofju għat-tfajliet foqra. Illum il-konservatorju huwa dar tal-anzjani.

IL-KNISJA TROGLODITA, BORMLA

Imħaffra fil-blat u midfuna għal sekli sħaħ, din il-knisja taħt l-art ġiet skoperta mill-ġdid b’kumbinazzjoni…

MAPPA

Avvenimenti li ġejjin

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS

Ħinijiet tal-Ftuħ

Jinfetaħ uffiċjalment iċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva 2016

28 T’OTTUBRU 2016

Jiġi inawgurat il-proġett tal-Baċir numru 12014

27 TA’ AWWISSU 2014

Qniepen ġodda għat-torri tal-arloġġ tal-Mużew Marittimu2011

13 TA’ ĠUNJU 2011

Il-Papa Benedittu XVI iżur il-Kottonera2010

18 T’APRIL, 2010

TRAILS