IL-KNISJA U L-KUNVENT TA’ SIDTNA MARIJA TAL-PORTO SALVU, L-ISLA

Il-knisja dedikata lil Sidtna Marija tal-Porto Salvu hija magħrufa bħala  ta’ San Filippu. Dan għaliex fl-1662, l-Isqof Miguel Juan Balaguer Camarasa għadda din il-knisja lill-komunitá ta’ saċerdoti Sengleani  msieħba fil-Kongregazzjoni tal-Oratorjani mwaqqfa minn San Filippu Neri ġewwa Ruma fis-snin 70 tas-seklu 16. Komunitá simili kienet ġiet stabbilita fil-Birgu (ara IL-KNISJA U L-KUNVENT TA’ SANTA MARIJA TAL-ANĠLI, IL-BIRGU). Fi ftit tas-snin, din il-Komunitá ta’ Oratorjani kibret ġmielha, tant li bniet kunvent fl-1669.

Il-Bini tal-Knisja

Il-knisja taf il-bidu tagħha fl-1596,  u ġiet mibnija fuq inizjattiva tal-Kappillan Vincenzo Caruana sabiex jintlaħqu aħjar il-ħtiġijiet spiritwali tal-abitanti tal-ponta tal-Isla. Id-dedikazzjoni lill-Viżitazzjoni tal-Madonna lil Santa Eliżabetta, jew kif inhi popolarment magħrufa Santa Marija tal-Portu Salvu, kellha tifsira speċjali għall-baħħara u għal dawk kollha li kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-port. Din il-knisja nbniet mill-ġdid bejn l-1670 u l-1690. Fl-1743, imbagħad, din tkabbret u ġiet mżejna b’koppla fuq disinn ta’ Petruzzo Debono. Il-konsagrazzjoni tagħha saret mill-Isqof Vincenzo Labini fl-1781.

Il-Faċċata

Il-knisja tħares fuq id-daħla tal-Port il-Kbir. It-truf tal-faċċata huma definiti bil-pilastri, però l-aktar element li jispikka huwa l-bieb ewlieni. Dan jintlaħaq permezz ta’ zuntier b’żewġ turġien laterali. L-ispazju ta’ fuq il-bieb hu meħud minn gallerija tal-ġebel miftuħa. Fuqha, imbagħad, hemm niċċa bl-istatwa tal-Madonna bil-Bambin. Din in-niċċa twassal sal-gwarniċun u hija inkurunata bi frontispizju.

Minn Ġewwa

Il-knisja għandha forma ta’ salib Latin, sewwasew korsija bi tliet bajjiet, żewġ kappelluni u kor. Il-kwadru titulari juri lill-Madonna tal-Portu Salvu tbierek il-Port il-Kbir fil-preżenza ta’ San Pawl, Sant’Agata, Santa Katerina ta’ Lixandra u Sant’Iermu. Dan il-kwadru huwa xogħol Stefano Erardi u huwa kkumplimentat bi prospettiva elaborata maħduma minn Pietro Paolo Zahra.

Tagħrif ieħor

Fl-1928 miet l-aħħar membru tal-Kongregazzjoni tal-Oratorjani u t-tmexxija ta’ din il-knisja għaddiet f’idejn Dun Anton Galea. Imbagħad, hekk kif il-bażilika sfat imġarrfa mill-ħbit tal-għadu, din il-knisja serviet ta’ knisja parrokkjali sa Awissu 1957. Fil-bidu tal-1958, il-knisja u l-kunvent għaddew f’idejn il-Patrijiet Ġiżwiti, li damu jservu minn hawn sal-2005. Fl-2008, imbagħad, dawn għaddew f’idejn is-Salesjani.

Dati Ewlenin

1596: bini tal-ewwel knisja fuq dan is-sit

1655: bini ta’ dar żgħira ħdejn l-istess knisja

1661: talba għall-użu tal-knisja u tad-dar minn grupp ta’ saċerdoti msieħba fil-Kongregazzjoni tal-Oratorjani

1662: għotja tal-knisja u tad-dar lill-Kongregazzjoni tal-Oratorjani

1669: bini tal-kunvent

1670-90: twaqqigħ tal-knisja l-antika u bini tal-ġdida

1743: tkabbir tal-knisja u l-bini tal-koppla

1943-57: użu bħala Knisja Parrokkjali proviżorja

1958-2005: amministrata mill-Patrijiet Ġiżwiti

2008: mgħoddija lill-Patrijiet Salesjani

RITRATTI

Filter

JUAN BAUTISTA AZZOPARDO

Juan Bautista Azzopardo, imwieled l-Isla fl-1772, kien perit u privat navali ta’ suċċess li aktar…

EMMANUEL DE ROHAN

Emmanuel de Rohan was born in la Mancha, Spain on 18 April 1725. His father…

VINCENZO LABINI

Vincenzo Labini, born in Bitonto, Italy in 1735, was appointed Bishop of Malta in 1780…

PAUL ALPHÉRAN DE BUSSAN

Paul Alphéran de Bussan became Bishop of Malta in 1728-1757. He was instrumental in building…

GIAN FRANCESCO ABELA

Gian Francesco Abela, born in Birgu, was a distinguished priest, historian, and vice-chancellor of the…

MIGUEL JERÓNIMO DE MOLINA

Miguel Jerónimo de Molina, born in Fortanete in 1638, served as Bishop of Malta from…

Filter

Jinfetaħ uffiċjalment iċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiva 2016

28 T’OTTUBRU 2016

Fit-28 t’Ottubru 1994 tħabbar li l-Palazz ta’ Bighi fil-Kalkara, li fl-imgħoddi kien jagħmel ukoll parti…
Jiġi inawgurat il-proġett tal-Baċir numru 12014

27 TA’ AWWISSU 2014

L-inħawi fejn illum insibu il-Baċir numru 1, fi żmien il-Kavallieri kienu magħrufa bħala l-Porto delle…
Qniepen ġodda għat-torri tal-arloġġ tal-Mużew Marittimu2011

13 TA’ ĠUNJU 2011

Waqt ċerimonja fit-13 ta’ Ġunju 2011, ġew inawgurati u mbierka sett qniepen taż-żmien li ġew…
Il-Papa Benedittu XVI iżur il-Kottonera2010

18 T’APRIL, 2010

F’għeluq l-1950 anniversarju tan-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta, il-Papa Benedittu XVI għamel żjara pastorali f’pajjiżna…
Imut l-attur Charles Clews2009

29 TA’ JANNAR 2009

Imwieled fis-27 ta’ Settembru 1919 fl-Isla, Charles Clews kien attur komiku u kittieb Malti.
L-ewwel komunità ta’ Salesjani fil-Kunvent ta’ San Filippu2008

20 T’OTTUBRU 2008

L-ewwel komunità ta’ patrijiet Salesjani imwaqqfa minn San Ġwann Bosco bdiet tgħammar fil-Kunvent ta’ San…

Filter

IL-KNISJA U L-KUNVENT TAL-MADONNA TAL-KARMNU, IL-BIRGU

Il-Fratellanza tal-Galeri, stabbilita f’din il-knisja, kienet torganizza l-Purċissjoni s-Sewda bil-parteċipazzjoni ta’ lsiera jkaxkru ktajjen tqal…

IL-KNISJA TAT-TWELID TAL-MADONNA FIL-FORTI SANT’ANĠLU, IL-BIRGU

Imħaffra fil-blat, din kienet il-knisja parrokkjali oriġinali għan-nies tal-Kottonera u huwa maħsub li twaqqfet mill-Konti…

L-ORATORJU TAL-KURĊIFISS, IL-BIRGU

Żur din il-kappella tal-Fratellanza tal-Kurċifiss biex tara sitt vari tal-Ġimgħa l-Kbira u l-iskultura ta’ Kristu…

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IS-SWAR TAL-KOTTONERA

Content preparation about this location is currently in progress and will be updated soon

IL-COLLACHIO, IL-BIRGU

Dan kien l-isem li ngħata l-inħawi fil-Birgu fejn kien hemm il-binjiet uffiċjali tal-Ordni, bħas-Sagra Infermerija,…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS