IL-KNISJA U L-KUNVENT TA’ SANTA TEREŻA TA’ AVILA, BORMLA

F’Diċembru 1625, l-Isqof Baldassare Cagliares u familtu taw b’donazzjoni s-sit ta’ dan il-kumpless lill-Patrijiet Tereżjani. Min-naħa tagħhom, il-Patrijiet dlonk bnew knisja ċkejkna sabiex ikunu jistgħu joffru servizz fl-iqsar żmien possibbli. Din il-knisja ċkejkna tbierket f’Jannar 1626 mill-istess Isqof. Ix-xogħol fuq il-bini tal-kunvent u l-knisja preżenti nbeda wkoll mingħajr telf ta’ żmien. Il-kunvent tlesta fi ftit xhur, filwaqt li l-knisja tlestiet fl-1633. Din hija meqjusa l-ewwel knisja fid-dinja li ġiet iddedikata lil Santa Tereża ta’ Avila. Il-konsagrazzjoni tagħha saret mill-Isqof Vincenzo Labini fl-1787.

Il-Kunvent

Fit-2 ta’ Marzu 1633, il-Papa Urbanu VIII waqqaf Kulleġġ Missjunarju Internazzjonali tal-Ordni Tereżjan f’dan il-kunvent. Dan minħabba x-xebh tal-ilsien Malti mal-ilsna mitkellma fl-artijiet tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant. B’hekk kien ikun eħfef għall-missjunarji Ewropej jitgħallmu l-ilsna Semitiċi fl-ambjent ta’ Malta.

Il-Faċċata tal-Knisja

Il-faċċata tikkonsisti fi tliet bajjiet. Il-bajja ċentrali hi mibnija fuq żewġ saffi. Il-bieb hu definit b’pannell sporġut u għandu frontispizju miftuħ u niċċa. L-istess pannell jibqa’ tiela fis-saff ta’ fuq u jservi ta’ bażi għall-frontispizju magħluq. Il-kompożizzjoni ta’ dan it-tieni saff hija artikulata permezz ta’ tieqa kbira ċentrali u niċċa mdaqqsa fuq kull naħa. L-elevazzjoni tal-bajjiet tal-ġnub tieqaf mal-gwarniċ tal-ewwel saff, u hija minfuda minn tieqa eleganti. Iż-żewġ statwi li nsibu fin-niċċa ta’ fuq il-bieb u fuq il-frontispizju jirrappreżentaw lill-Madonna ta’ Trapani  u lill-Santa Tereża ta’ Avila rispettivament. Din tal-aħħar inħadmet minn Chris Ebejer fl-2016.

Il-Knisja Minn Ġewwa

Il-knisja tikkonsisti f’korsija, presbiterju u sitt kappelli. Il-presbiterju huwa mifrud mll-korsija permezz ta’ arkata, u huwa ddominat minn prospettiva Barokka b’erba’ kolonni skulturati u għadd ta’ anġli u emblemi. Il-kwadru titulari juri l-estasi ta’ Santa Tereża ta’ Avila. Dan tpitter minn Manuel Farrugia fl-2018, u ħa post pittura tas-seklu 17, xogħol ta’ Fra Luca Garnier b’interventi maġġuri minn Ġużeppi Caruana minħabba l-ħsarat li ġarrab waqt it-Tieni Gwerra. L-artal maġġur huwa tal-irħam u sar fl-1771 fuq disinn ta’ Francesco Zahra. Il-prospettivi tal-kappelli tal-ġnub huma kollha ta’ stil Barokk u għandhom artali tal-irħam.

Tagħrif Ieħor

Din il-knisja hija mogħnija b’għadd ta’ opri tal-arti. Dawn  jinkludu xogħlijiet ta’ Mattia Preti, Enrico Arnaud, Antonio Xuereb u Rokku Buhagiar. L-istatwa ta’ Santa Tereża nħadmet minn Ġużeppi Caruana fl-1954. Statwa oħra interessanti tinsab fil-fetħa ta’ quddiem il-knisja. Din tirrapreżenta lil  San Elija u nħadmet minn Vincenzo Dimech fl-1818 fuq ordni tal-barklori Bormliżi li kienu ngħaqdu fi fratellanza taħt il-patroċinju ta’ dan il-qaddis.

Dati Ewlenin

1626: bini tal-kunvent

1633: tlestija tal-Knisja ta’ Santa Tereża ta’ Avila

1633: twaqqif tal-Kulleġġ Missjunarju Internazzjonali tal-Ordni Tereżjan

1652: dfin tal-Inkwiżitur Carlo Cavaletti fil-Knisja

1714: għeluq tal-Kulleġġ Missjunarju Internazzjonali tal-Ordni Tereżjan

1787: konsagrazzjoni tal-knisja

1837: serqa ta’ pissidi bl-ostji kkonsagrati mit-tabernaklu tal-knisja (ara: ‘Il-Knisja ta’ Fejn Sabu s-Sinjur, il-Birgu’)

FILMATI

RITRATTI

LOUIS SHICKLUNA

Louis Shickluna, imwieled l-Isla fl-1808, kien bennej tal-vapuri prominenti fil-Kanada, magħruf għall-vapuri ta’ kwalità għolja…

GIOVANNI MATTEO RISPOLI

Giovanni Matteo Rispoli twieled l-Isla fl-1582, iben Giovanni Vincenzo u Caterina. Missieru kien impjegat bħala…

ANDREA DEBONO

Andrea Debono, imwieled l-Isla fl-1821, kien esploratur u negozjant Malti li sar l-ewwel Ewropew li…

CHARLES CLEWS

Charles Clews twieled f’ Settembru 1919, it-tifel ta’ William George Clews u Mary Scerri.

SUOR MARIA DE DOMENICIS

Maria De Domenicis twieldet il-Birgu fl-1645 ġewwa familja artistika. Il-familja De Domenicis ġiet Malta minn Napli.

VICTORIN GALEA

Imwielda f’ familja ta’ atturi ġewwa l-Isla, Vitorin bdiet turi interess fit-teatru minn eta’ żgħira…

Filter

Jiġi ikkonsagrat l-Oratorju tal-Kurċifiss f’Bormla1783

23 TA’ NOVEMBRU 1783

L-ewwel ġebla tal-Oratorju tal-Kurċifiss li jinsab maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjoni, tqegħdet f’Diċembru tal-1731, mill-Isqof ta’…
Imut il-Pittur Francesco Zahra1773

19 TA’ AWWISSU 1773

Huwa beda l-karriera artistika tiegħu bħala skultur fil-bottega ta’ missieru u aktar tard tħarreġ fil-pittura…
Jitwieled fl-Isla Juan Bautista Azopardo1772

19 TA’ FRAR 1772

Juan Bautista Azopardo kien privat u militari Malti li ġġieled taħt il-bnadar tal-Olanda, Spanja, u…
Imut l-Arċisqof Ferdinandu Mattei1761

14 TA’ LULJU 1761

Ferdinandu Mattei sar Isqof tad-Djoċesi ta’ Malta fil-15 ta’ Mejju 1808
Titqiegħed l-ewwel ġebla tal-Knisja tal-Kapuċċini iddedikata lil Santa Barbara1736

18 TA’ ĠUNJU 1736

Fit-18 ta’ Ġunju 1736, l-Isqof Paolo Alpheran de Bussan poġġa l-ewwel ġebla tal-Knisja tal-Kapuċċini ddedikata…
Saret ċerimonja biex timmarka l-bidu tal-bini tal-Kunvent tal-Kappuċċini1736

26 T’APRIL 1736

Il-pjanti tal-Knisja u tal-Kunvent tal-Kapuċċini fil-Kalkara saru mill-Kapuċċin Patri Ġużepp mill-Isla.

Filter

IT-TARZNA TA’ MALTA

Mit-Tarzna tal-Ordni sal-ewwel baċiri bla ilma mibnija f’nofs is-seklu 19, id-Daħla tal-Franċiżi dejjem kienet is-sit…

IS-SWAR TA’ SANTA MARGERITA, BORMLA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IS-SWAR TAL-KOTTONERA

Content preparation about this location is currently in progress and will be updated soon

L-ORATORJU TAL-FRATELLANZA TAL-KURĊIFISS, BORMLA

Il-proporzjonijiet, it-tiżjin skolpit, kif ukoll il-fided u l-opri tal-arti jagħmlu lil dan l-oratorju wieħed mill-ifjen…

IL-KONSERVATORJU U L-KNISJA TA’ SAN ĠUŻEPP, BORMLA

Fis-seklu 17, dan kien orfanatrofju għat-tfajliet foqra. Illum il-konservatorju huwa dar tal-anzjani.

IL-KNISJA TROGLODITA, BORMLA

Imħaffra fil-blat u midfuna għal sekli sħaħ, din il-knisja taħt l-art ġiet skoperta mill-ġdid b’kumbinazzjoni…

MAPPA

Ħinijiet tal-Ftuħ

MONDAY – FRIDAY: 10:00 – 18:00HRS

SATURDAY: 10:00 – 14:00HRS

SUNDAYS: 10:00 – 13:00HRS

PUBLIC HOLIDAYS: 10:00 – 18:00HRS