IĊ-ĊIMITERJU TA’ WIED GĦAMMIEQ, IL-KALKARA

Iċ-Ċimiterju ta’ Wied Għammieq huwa tifkira tal-epidemija tal-Kolera tal-1837. Din l-infezzjoni batterjali kienet tinxtered l-aktar minħabba nuqqas ta’ iġene, u kienet tikkawża dijarea, vomtu u uġigħ muskolari. Ħafna mill-infettati, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, faċilment kienu jitilfu ħajjithom. Malta u Għawdex esperjenzew diversi mxija ta’ din il-marda, iżda l-aktar waħda qalila seħħet fl-1837. Din ħalliet xejn anqas minn 3,784 vittma f’Malta u 368 vittma f’Għawdex.

Iċ-ċentru tal-imxija tal-Kolera tal-1837 jidher li kien l-Ospizju (id-dar tal-anzjani u persuni b’abbiltajiet differenti) fil-Furjana. L-ewwel każi feġġew nhar id-9 ta’ Ġunju u f’temp ta’ erbat’ijiem kien hemm 25 fatalità. Is-sitwazzjoni kompliet teħżien u sabiex titnaqqas kemm jista’ jkun il-possibilità tat-tixrid, ġie deċiż li l-parti l-kbira tar-residenti tal-Ospizju jiġu rilokati għall-Forti Rikażli. Minkejja dan it-trasferiment, il-maġġor parti tar-residenti tal-Ospizju xorta spiċċaw infettati, u agħar minn hekk, ’il fuq minn 450 tilfu ħajjithom f’temp ta’ ftit gimgħat. Din is-sitwazzjoni ħolqot emerġenza fir-rigward tad-dfin, tant li dawn ġew midfuna mingħajr ħafna ċerimonji fl-akkwati ta’ Wieq Għammieq. Uħud minnhom saħansitra setgħu ġew midfuna qabel ħadu l-aħħar nifs. Magħhom indifnu madwar 400 vittma oħra tal-Kolera mill-Kottonera u l-madwar.

Iżda d-destin ma riedx li dawn il-vittmi jintesew. Anzi, mal-mogħdija taż-żmien bdiet tinbet devozzjoni lejhom u bdew jiġu meqjusa bħala erwieħ tajba li jaqalgħu l-grazzji. Għaldaqstant, bosta kienu jżuru l-oqbra tagħhom, speċjalment fl-ewwel Tnejn tax-xahar, biex jitolbuhom jew iroddulhom ħajr għal xi grazzji maqlugħin bl-interċessjoni tagħhom.

Dan wassal sabiex il-fdalijiet tagħhom jinqalgħu mill-oqbra rispettivi u jinġabru f’fossa waħda fl-1878. Tliet snin wara, din il-fossa ġiet immarkata permezz ta’ obelisk fuq bażi u b’salib fuqu. L-obelisk u s-salib intilfu maż-żmien, iżda l-bażi għadha hemm u tinkludi lapida li tgħid “Hawn għadam il-foqra li fis-sena 1837, ġewwa Rikażli nġabru u bil-Kolera mietu. Dan iċ-ċimiterju bi flus id-devoti sar fl-1881. Intom ikollkom ħniena, itolbu għas-serħan tagħhom.”

Iċ-ċimiterju ddawwar ukoll b’ ħajt u ġie attrezzat b’kappella ċkejkna. Imbagħad, lejn nofs is-seklu 20, inbniet knisja ġdida fuq disinn ta’ Vincenzo Bonello, filwaqt li nħolqot loġġa mid-daħla ’l ġewwa.

RITRATTI

Filter

JUAN BAUTISTA AZZOPARDO

Juan Bautista Azzopardo, imwieled l-Isla fl-1772, kien perit u privat navali ta’ suċċess li aktar…

EMMANUEL DE ROHAN

Emmanuel de Rohan was born in la Mancha, Spain on 18 April 1725. His father…

VINCENZO LABINI

Vincenzo Labini, born in Bitonto, Italy in 1735, was appointed Bishop of Malta in 1780…

PAUL ALPHÉRAN DE BUSSAN

Paul Alphéran de Bussan became Bishop of Malta in 1728-1757. He was instrumental in building…

GIAN FRANCESCO ABELA

Gian Francesco Abela, born in Birgu, was a distinguished priest, historian, and vice-chancellor of the…

MIGUEL JERÓNIMO DE MOLINA

Miguel Jerónimo de Molina, born in Fortanete in 1638, served as Bishop of Malta from…

Filter

Il-Kalkara ssir parroċċa taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp1897

10 TA’ DIĊEMBRU 1897

Bishop Carmelo Scicluna accepted a request to build a new church in Kalkara on a…
Titbierek l-ewwel ġebla tal-knisja l-antika tal-Kalkara 1890

22 TA’ ĠUNJU 1890

Ix-xogħol tal-bini tlesta fl-1895 u kkonsagrat mill-Arċisqof Mauro Caruana fit-30 ta’ Jannar 1921.
Jitwieled Ewġenju Borg fl-Isla1886

24 TA’ LULJU 1886

Eugenio Borg twieled f’dar fi Triq id-Duluri fl-Isla fl-24 ta’ Lulju 1886. Kien l-ewwel Superjur…
Jitwieled fil-Birgu Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi1885

13 TA’ MEJJU 1885

Il-Mons. Mikiel Gonzi twieled il-Birgu fit-13 ta’ Mejju 1885 u wara meta kellu ħames snin,…
Jitwieled l-artist Ġanni Vella1885

9 TA’ MEJJU 1885

Imwieled fid-9 ta’ Mejju, 1885, Bormla, Ġanni Vella beda l-vjaġġ artistiku tiegħu fl-ewwel snin tiegħu.
Twaqqfet fl-Isla is-Società Operaria Cattolica 1884

1 TA’ JANNAR 1884

Fl-1 ta’ Jannar 1884 twaqqfet fl-Isla l-ewwel Società Operaria Cattolica li tqegħdet taħt il-patroċinju ta’…

Filter

IL-KAPPELLA TA’ SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

IL-KNISJA TA’ SAN NIKOLA FIL-FORTI RIKAŻLI, Il-KALKARA

Din il-knisja ġiet iddedikata lil San Nikola ta’ Bari b’tifkira tal-Gran Mastru Nicolas Cotoner, li…

IL-COT LIFT TA’ BIGHI

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

L-UFFIĊĊJU AMMINISTRATTIV TA’ HERITAGE MALTA U Ċ-ĊENTRU NAZZJONALI GĦALL-KONSERVAZZJONI U RESTAWR TAL-WIRT KULTURALI MALTI, BIGHI

Illum, parti minn dan il-kumpless isservi bħala l-Uffiċċju Amministrattiv ta’ Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali għal…

ESPLORA, IĊ-ĊENTRU INTERATTIV TAX-XJENZA F’BIGHI, IL-KALKARA

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

FORTI SAN SALVATUR, IL-BIRGU

Il-preparazzjoni tal-kontenut dwar dan il-post bħalissa għaddejja u se tiġi aġġornata dalwaqt

MAPPA

Avvenimenti li ġejjin

Il-Patrijiet Dumnikani jiġu fil-Birgu1528

4 TA’ FRAR 1528

Titqiegħed l-ewwel ġebla ta’ Forti San Mikiel fl-Isla1552

8 TA’ MEJJU 1552

Imut il-Gran Mastru La Sengle1557

18 T’AWWISSU 1557

TRAILS