MISTERI, SIGRIETI, STEJJER… TLAQNA!

M’hemmx post bħal Kottonera! Tant stejjer, avventuri u affarijiet interessanti li ftit li xejn jafu bihom! Mela lestu biex tibdew tesploraw magħna, għax ħadd ma jaf il-Kottonera aħjar minna.

SALVU

IS-SEFTUR TAL-INKWIŻITUR

Il-leminija tal-inkwiżitur, Salvu għandu aċċess għal kullimkien u għal kulħadd fil-Kottonera. Kun affaxxinat bil-ħrejjef u s-sigrieti tiegħu minn ġewwa l-palazz u lil hinn!

Iltaqa' ma' SALVU

BERTU U OSCAR

IL-BARKLOR U L-PAPPAĠALL TIEGĦU

Bertu u l-papagall ħelu tiegħu, Oscar, se jgħinuk tiskopri l-wirt marittimu tal-Kottonera!

Iltaqa' ma' BERTU U OSCAR

FILOMENA

IL-LUKANDIERA SIMPATIKA

Filomena hija Kattolika tassew devota, ossessjonata bl-użanzi u t-tradizzjonijiet. Hija mara simpatika u akkoljenti, dejjem bi tbissima u lesta biex tgħin bl-aħjar mod li tista’.

Iltaqa' ma' FILOMENA

ANGLU

L-GĦASSIES TAL-GWARDJOLA

Anġlu, l-għassies tal-Gwardjola, huwa enċiklopedija militari. Miegħu dejjem issib lil Alexander, il-kelb fidil tiegħu.

Iltaqa' ma' ANGLU

JOSEPHINE

IŻŻOMM IL-KOTBA TAN-NEGOZJU

Josephine ġejja minn familja ta’ negozjanti, u għalhekk tiffoka l-għarfien tagħha biex tgħin lill-komunità tan-negozju titjieb, filwaqt li tibqa’ ġusta u onesta.

Iltaqa' ma' JOSEPHINE

MIKIEL

L-ARTIST LI JOĦLOM

Mikiel hu artist kreattiv u bniedem li josserva ħafna. Kapaċi jsolvi d-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom u jħobb jistaqsi u janalizza. Huwa affaxxinat bil-wirt artistiku kbir li hemm fil-Kottonera.

Iltaqa' ma' MIKIEL