SIEĦBI OSCAR
Matul il-ġurnata jew bil-lejl, xita jew bnazzi m’hemm imkien li mmur jew nagħmel xi ħaġamingħajru! Oscar huwa pappagall ta’tip‘Scarlet Macaw’li salvajt min gallun li kien qed jegħreqminhabba li nqabad f’maltempata kbira‘l barra minn Castrum Maris, eżatt kif kien dieħel fil-Port il-Kbir
Oscar, li huwa aktar pagun milli pappagall, ser jinsisti li kien hu li salvani u mhux bil-maqlub…imma naqblu li ma naqblux! Oscar kien jappartjeni għal negozjant Spanjol għani jismu Eduardota’Malta kien perfett u l-port tagħha kien l-aqwa li hu u Eduardo qatt żaru. Għalkemm Malta makellhiex ħafna materjal x’tesporta, Eduardo u Oscar kienu jżuruspiss, kemm bil-provvisti kifukoll fi triqthom lejn pajjiżi oħra
Eduardo għamel ukoll vjaġġi frekwenti f’isem il-Gran Mastru. Dawn il-vjaġġi kienu jinvolvu l-aktarli jitwasslu rigali lid-dinjitarji, bil-larinġ Malti jkun apprezzat b’mod speċjali.qalli li l-aktar vjaġġ tedjanti tiegħu kien li jagħti Falkun Malti lill-Imperatur ta’Spanja. Jidher ċar lihu u l-falkun ma kinux jaqblu, u Oscar sempliċement ma setax jifhem kif għasfur bħal dan jistajitqies bħala rigal tajjeb
Biex inkun onest, inħoss xi għeneb qares kull darba li Oscar jirrakkonta dan ir-rakkont, immadejjem nkompli u naqbel miegħu li kellu jkun Oscar fil-qorti tal-imperatur… immaġina hekk!Dan u ħafna rakkonti oħra mill-vjaġġi tiegħu għenu lil Oscar ma’kulħadd fix-xatt, u għamluhspeċi ta’ċelebrità.
Oscar ċertament iħobb l-attenzjoni u ma niddejjaqx li jibbaża fl-attenzjoni,sakemm ikun qawwi u attent fuq ix-xogħol. Mhux se jkollok tqabdu jerfa’rixa iżda l-ħiljiet tiegħubiex jaqra t-temp u l-kurrenti tal-baħar mhumiex imqabbla.
Jista’jitkellem ukoll it-Taljan, l-Ispanjol, il-Franċiż u l-Malti perfett li għall-kummerċ tiegħi huwa utli, speċjalment meta għandu jkun aġġustament kbir għalih li jmur milli jbaħħru s-seba’ibħra għal li jbaħħru madwarqiegħed bilqiegħda kburi fuq il-pilastru tal-kajjik tiegħi
Huwa għamel ukoll għadd ta’ħbieb, iżda l-favorita tiegħu hija Camelia, il-Pappagall tal-Inkwiżitur. Ma jitlifx l-opportunità li jtir lejn il-palazz, xi kultant anke għal ħarsa ta’malajr bejn il-vjaġġi.Irrid nammetti li Oscar sar il-ħabib inseparabbli tiegħi u biddilli ħajti, speċjalment filgħodu metajkun qed jgħajjatdenbu sa meta jiftaħil-jum!
